Tuesday, March 25, 2025

Committee role in the Malta Sociological Association

After almost ten years serving as Public Relations Officer of the Malta Sociological Association, I am happy to step down from this role and to make space for Daniel Gafa'.  

I am sure that Daniel will bring fresh energy and new perspectives, and I have promised that I will be assisting him in every way possible in my new role as committee member.

As a co-founding member of the MSA, I am proud of our achievements. Good luck to all other committee members for the current year, and looking forward to another year of public sociology! 




Sunday, March 23, 2025

Pubblikazzjoni Ġdida - Ekonomija, soċjeta', u impatti rispettivi. L-Istat tan-Nazzjon 2024

Briguglio, M. (2024). Ekonomija, soċjeta', u impatti rispettivi. In V. Marmara' & L. Bondi (Eds.), L-Istat tan-Nazzjon 2024 (pp. 79-83). Santa Venera: Klabb Kotba Maltin.

L-ekonomija u s-soċjeta' huma fatturi interkonnessi Ii jaffettwaw il-kwalita tal-ħajja f'Malta. Magħhom irridu nżidu wkoll fatturi bhall-politika, l-imġiba tal-individwu, l-ambjent, sitwazzjonijiet globali, eċċ. L-ekonomija ta' Malta tagħmel parti integrali mill-ekonomija globali. Hi dipendenti kemm fuq is-setturi ekonomiċi ewlenin tagħha, kif ukoll fuq kwistjonijiet politiċi u ambjentali li jinfluwenzaw l-andament ekonomiku tad-dinja... 

Iktar tagħrif dwar dan il-kapitlu  minn hawn

Il-ktieb jista' jinxtara minn hawn.

Saturday, March 08, 2025

My tribute to my mother, Marie Lucia Briguglio, during the launch of the Women's Archive at the University of Malta

Yesterday, the Women's Archive at the University of Malta was launched.

It was a honour and a pleasure to donate the archives of the Muviment Emanċipazzjoni tal-Mara (1974-78 - Women's Emancipation Movement) which my dear and beloved mother Marie Lucia Briguglio had entrusted to me a few months before her passing away. Speaking about my mother during this event was an incredibly moving experience. Gratitude to the organisers of this wonderful initiative.  

The following is my tribute to my mother during the event (translated here in English, with the Maltese version reproduced below it)


My mother, Marie Lucia—later Briguglio—was born in 1946. She was from St Julian’s, and music was deeply woven into her family’s life. They were actively involved in both the import and sale of musical instruments, as well as in live performance.

In the 1960s, she attended College, where she trained as a teacher. It was there that she met my father, Lino. Both were young artists, sharing a passion for creativity. They married in 1969, and soon after, my sister Marie was born in 1970, followed by me in 1975.

By then, my mother co-founded the Muviment Emanċipazzjoni tal-Mara. In the 1970s, being involved in feminism and advocating for women's rights was groundbreaking. I was too young to remember these moments firsthand, but their significance was immense.

In 2021, just a few months before her untimely passing due to an aggressive illness, my mother entrusted me with the archives of the Muviment Emanċipazzjoni tal-Mara. Knowing my own interest in social movements, she asked me to ensure these records were passed on to the University so that researchers in the field could study them. She had meticulously organised the archives herself, with the help of my niece, Lilli.

As I mentioned earlier, I have no personal memory of my mother’s activism within the Movement. However, with profound gratitude and love, I can say that her influence shaped both my sister’s and my everyday life. The values she embodied—the ethics of care, kindness, and justice—are deeply embedded in my own identity. And perhaps the greatest legacy she left me is this: as a father, husband, and citizen, I strive to live by these same principles every day.

 


Ommi, Marie Lucia—aktar tard Briguglio—twieldet fl-1946. Kienet minn San Ġiljan, u l-mużika kienet parti essenzjali mill-ħajja tal-familja tagħha. Kienu involuti b’mod attiv kemm fl-importazzjoni u l-bejgħ ta’ strumenti mużikali kif ukoll fil-qasam tal-prestazzjoni diretta.

Fis-sittinijiet, marret il-Kulleġġ, fejn studjat biex issir għalliema. Kien hemm fejn iltaqgħet ma’ missieri, Lino. It-tnejn kienu artisti żgħażagħ, u kienu jħaddnu l-istess passjoni għall-arti. Żżewġu fl-1969, u ftit wara twieldet oħti Marie fl-1970, segwita minni fl-1975.

Sa dak iż-żmien, ommi kienet waħda mill-fundaturi tal-Muviment Emanċipazzjoni tal-Mara. Fis-snin sebgħin, li tkun involuta fil-feminiżmu u fil-ġlieda għad-drittijiet tan-nisa kienet ħaġa innovattiva u kuraġġuża. Jien kont għadni żgħir wisq biex niftakar dawk il-mumenti, iżda l-impatt tagħhom kien enormi.

Fl-2021, ftit xhur biss qabel ħallietna b’mod traġiku minħabba marda aggressiva, ommi fdatni bl-arkivji tal-Muviment Emanċipazzjoni tal-Mara. Hija kienet taf bl-interess tiegħi fil-movimenti soċjali, u għalhekk talbitni nieħu ħsieb li dawn id-dokumenti jgħaddu għand l-Università, sabiex ikunu jistgħu jiġu studjati mir-riċerkaturi fil-qasam. L-arkivji kienu organizzati b’mod metikoluż minnha stess, bl-għajnuna tan-neputija tiegħi, Lilli.

Kif għedt qabel, jien ma niftakarx personalment l-attiviżmu ta’ ommi fil-Moviment. Madankollu, b’sens profond ta’ gratitudni u mħabba, nista’ ngħid li l-influwenza tagħha ħalliet impatt qawwi fuq ħajti u fuq dik ta’ oħti. Il-valuri li ħaddnet—l-etika tal-kura, il-ġentilezza, u l-ġustizzja—huma mnaqqxa fil-qalba tal-identità tiegħi. U forsi l-akbar wirt li ħallietli hu dan: bħala missier, raġel, u ċittadin, nipprova ngħix dawn il-prinċipji kuljum.

 


Sunday, February 23, 2025

Ħsibijiet 117: Rigi differenti

Xi ħaġa li ninnota fid-diskussjoni pubblika u minn ilħna varji: Meta niġu biex nitkellmu dwar xi ħaġa li taqbel man-narrattiva tagħna, kemm il-darba nużaw riga ferm inqas preċiża minn dak mistenni mill-'ħsieb kritiku' li tant nistqarru fidi fih. 



Sunday, January 19, 2025

#Ħsibijiet 115- Factchecking in Malta's Mediasphere

It is very unfortunate that Facebook will be ditching fact-checking, thus doing an Elon Musk. X has increasingly become a swamp of poorly verifiable noise and I had to leave the platform after 14 years. 

I think that in this brave new mediasphere, readers have the opportunity and responsibility to to use media platforms which are more likely to give reliable information. In this regard, the Times of Malta has a commendable, fair, measured and objective fact-checking service, and I encourage other Maltese media houses to follow suit.


Sunday, January 12, 2025

Deliberating third political parties in Malta

I would like to recommend some recent reads on third parties in Malta, published in The Times of Malta (2), Lovin Malta, and The Maltese Herald:

Hermann Schiavone highlights the trade-off between stable governments and parliamentary pluralism, offering a possible way forward.

Lou Bondi argues that there is no guarantee that having three parties in parliament is better than having two. He also emphasizes the difference between activism and governance, even on "boring", yet important matters.

Sandra Gauci takes a realpolitik approach, stating that as things stand, small parties are more likely to succeed in local councils—something also I had written about. Evidence supports Gauci’s argument, and ADPD currently has two elected local councillors.

Mark Camilleri provides a concrete example of how a third party was recently elected to Parliament. I had given similar advice to Alternattiva Demokratika during the same elections. However, the outcome of this coalition in opposition is another (important) matter altogether.

Such deliberations, grounded in concrete evidence, are welcome.

I have also recently penned some reflections on small political parties in Malta.



Tuesday, January 07, 2025

Open Access Publication on Civil Society and Social Movements in Small States

With reference to the Handbook of Civil Society and Social Movements in Small States  (Routledge, 2023) edited by  Lino Briguglio, Michael Briguglio, Sheila Bunwaree and Claire Slatter, the following chapter is now available in Open Access Format:

Introduction - Civil society and social movements in small states, by Lino Briguglio, Michael Briguglio, Sheila Bunwaree and Claire Slatter. 

The chapter may be downloaded from here


Saturday, January 04, 2025

Small political parties in Malta: Some reflections

During these past days, I articulated some reflections and questions related to the development of two new political parties in Malta. 

Together with Harry Vassallo, I was interviewed by Daniel Attard (Times of Malta) about whether a third party can penetrate Malta’s two-party dominance. The article was published today on the online version of Times of Malta, and it appeared on the print version last Wednesday 1 January. You can read the interview here.

I also penned down some questions on this blog, which were subsequently taken up by Tim Diacono (Lovin' Malta), and which were also engaged with by the Partit Malta Progressiva. You can read the respective news articles here and here



Monday, December 30, 2024

#Ħsibijiet (114) ADPD, Progressivi, Cassola

Issa hemm 3 partiti żgħar li b'xi mod jew ieħor jiġu minn xulxin politikament: l-ADPD, il-Progressivi, u l-Partit ta' Cassola. Skont it-Times of Malta dan ta' l-aħħar ser ikun jismu Momentum (l-istess isem tal-fazzjoni xellugija li appoġġat lil Corbyn fil-Partit Laburista Ingliż meta kien fl-Oppożizzjoni xi snin ilu). 

Meta kont chairperson ta' l-AD bejn l-2009 u l-2013, kemm Arnold Cassola u anke Silvan Agius tal-Progressivi kienu parti mit-tmexxija tal-partit flimkien ma oħrajn li għadhom hemm bħal Carmel Cacopardo, Ralph Cassar, u Mario Mallia. Cassar u Mallia ilhom attivi l-Alternattiva mill-bidu nett, jiġifieri mill-1989, u Cassar reġa ġie elett fil-Kunsill ta' Ħ'Attard din is-sena. 


M'għandix dubju li hemm raġunijiet strateġiċi, ideologiċi u personali għal dan il-pluraliżmu ta' partiti żgħar. 


Filwaqt li nawgura lil dawk kollha li huma attivi f'dawn it-tliet proġetti, naħseb li hemm xi mistoqsijiet li jeħtieġu diskussjoni:


1. Jekk dawn il-politiċi s'issa mhux jaħdmu flimkien minn barra l-parlament, dan kif jawgura tajjeb għal stabilita' politika jekk xi ħadd minnhom jiġi elett? 


2. Jekk Arnold Cassola kien telaq mill-ADPD minħabba l-abort, lest jagħmel kompromessi bħal meta kien Segretarju Ġenerali tal-Greens Ewropej u membru parlamentari mal-lista tal-Greens, Ċentru Xellugin, Xellugin u Komunisti fl-Italja? Fiż-żewġ każijiet il-pożizzjoni Pro Choice dwar l-abort kienu ċentrali għall-Greens, avolja Cassola ma qabilx. Iżda ma kienx telaq. 


3. Il-preżenza ta' dawn il-partiti żgħar kif ser taffettwa l-voti rispettivi tal-PL u PN f'elezzjoni ġenerali? Jista' jkun li d-differenza fir-riżultat bejn partit u ieħor tiġi influwenzata mill-voti tal-partiti ż-żgħar, anke jekk ma jiksbux rappreżentanza parlamentari?


4. L-ADPD tifforma parti mill-Greens Ewropej. Ma min ser ikunu alleati l-Progressivi u l-Partit ta' Cassola?