Monday, June 17, 2013

100 jum tal-Gvern Laburista

Michael Briguglio


Hemm hafna x’wiehed jista’ jghid dwar l-ewwel mitt jum ta’ Gvern Laburista.

Kien hemm decizzjonijiet pozittivi, bhal hidma favur minoranzi u persuni zvantaggjati u favur edukazzjoni mhalta, u, bhall-kontinwita’ f’affarijiet pozittivi li kienu jezistu.

Hemm affarijiet ohrajn li ghad irridu naraw x’ser isarfu fil-konkret, bhal kliem kontra x-xoghol prekarju u l-process lejn energija iktar nadifa. B’mod negattiv, jidher li l-Gvern huwa lest jaghti rwol sproporzjonat lil zviluppaturi kbar. Din iggib maghha mistoqsijiet dwar sostenbitilita’ ambjentali.

Izda hemm zewg kwistjonijiet li f’dawn l-ewwel mitt gurnata, qed jispikkaw iktar minn ohrajn.

L-ewwel: Il-hatriet. Nifhem li Gvern ghandu jahtar persuni f’rwoli krucjali li jkollhom twemmin li jkun vicin dak tal-Partit fil-Gvern, jew li jistghu jahdmu fi spirtu pluralista minghajr ma’ jaghmlu sabutaggji. Persuna f’pozizzjoni pubblika qatt m’hu ideologikament newtrali. Nifhem ukoll li kien hemm numru ta’ postijiet li ntlew minn persuni professjonali, kompetenti u kapaci. Izda f’hatriet ohrajn li saru ma’ narax meritokrazija jew kompetenza.

It-tieni: Il-politika fiskali. Bhal ma argumentajt qabel l-elezzjoni generali, l-ahhar bagit tal-Gvern Nazzjonalista kien wiehed irresponsabbli li wieghed tnaqqis ta’ taxxa ghal dawk li ghandhom dhul gholi, b’detriminet ghall-fondi pubblici, liema fondi huma essenzjali ghas-servizzi pubblici bhas-sahha, l-edukazzjoni u l-penzjonijiet. Il-Gvern Laburista gdid zamm dan it-tnaqqis rigressiv. Issa kif ser jaghmel tajjeb ghaz-zieda kbira fid-deficit? Pajjizna ser jiehu triq neo-liberali lejn l-awsterita’ ghad-detriment tal-gustizzja socjali? Nittama li le. Il-Gvern Laburista ghadu fiz-zmien li jbiddel ir-rotta favur politika fiskali progressiva li tredni dhul pubbliku minghajr ma xxekkel l-investiment. Dan jista’ jiggarantixxi servizzi pubblici sostenibbli u socjalment gusti. Nappella lill-Gvern biex jiehu din it-triq qabel ma jkun tard wisq.

F’kontradizzjonijiet bhal dawn, jidher li l-islogan “Malta Taghna Lkoll” huwa problematiku, u li politika minghajr avversarji hija fantazija. Gvern dejjem jiehu naha, irid jew ma jridx.


(Nota: Din l-opinjoni dehret fuq il-gazzetti It-Torca u Illum, li, flimkien mas-Sunday Times talbuni nikkummenta fuq l-ewwel 100 jum tal-Gvern Laburista)