Sunday, October 26, 2014

Sfidi Socjali u Politici f’Malta

Diskors li ghamilt fil-Konvenzjoni tal-Partit Nazzjonalista, fuq stedina tal-Partit, fil-25 ta' Ottubru 2014

Introduzzjoni

Hemm hafna xi tghid dwar sfidi socjali u politici Maltin fis-snin li gejjin. F’dan il-hin qasir ser nitkellem dwar uhud mill-isfidi li nara, u ser naqsamhom f’tliet kategoriji: Il-Gustizzja Socjali; Is-Sostenibilita’ u d-Demokrazija.

Il-Gustizzja Socjali

Id-drittijiet u liberatijiet civili saru parti mid-diskors dominanti fil-politika Maltija, u ziedu l-awtonomija f’diversi oqsma tal-hajja.

Izda m’ghandniex nilludu ruhna li issa kulhadd sar ugwali. Hemm diversi forom ta’ inugwaljanza, per ezempju fuq bazi ta’ klassi socjali, faqar u eskluzjoni socjali.

Fil-prezent, il-politika socjali Maltija qed taddotta ‘active measures’, jigifieri mizuri li permezz taghhom l-individwu ikun armat ahjar biex jaffacja d-dinja tax-xoghol u fejn jigi nkuraggit jinvesti biex itejjeb is-sitwazzjoni socjali tieghu.

Fl-istess hin qed isir diskors negattiv dwar ‘dipendenza socjali’, fejn donnhom in-nies foqra ghandhom x’jahtu tas-sitwazzjoni taghhom.

F’dan il-kuntest irridu nzommu f’mohhna li l-welfare universali – bhas-servizzi ta’ sahha u edukazzjoni, u bhall-espansjoni ricenti tac-childcare - hafna drabi jipprotegi lill-bosta familji mill-faqar u eskluzzjoni socjali. Jekk dan jidghajjef, jistghu jikbru l-inugwaljanzi socjali.

F’dawn l-ahhar snin il-mudell socjali Malti – li hu nfluenzat minn tahlita ta’ mudelli socjali differenti fl-Ewropa - serva tajjeb bhala tarka ghal bosta nies, f’kuntest fejn il-krizi ekonomika kellha impatti devastanti fuq socjetajiet ohra fin-Nofs in-nhar ta’ l-Ewropa.

Hawnhekk irrid nirrimarka li sistemi ta’ penzjoni volontarji u ddominati mis-settur privat ma jawgurarx tajjeb, ghax jistghu izidu l-inugwaljanzi fit-tielet eta’ permezz ta’ skemi rigressivi, fejn min ihallas l-iktar, ikollu penzjoni iktar gholja, u min ma jiflahx ihallas, jibqa’ lura.

Sostenibilita’

Politika socjali universalista’ tistrieh fuq finanzi sostenibbli u tista’ twassal ghal ekonomija iktar stabbli. Politika fiskali rigressiva u instostenibbli tista’ tipperikola dan kollu.

Bl-istess mod, ekonomija b’sahhitha tistrieh fuq sostenibilita’ ekologika.

Fl-assenza ta’ kwalita’ ambjentali, ta’ arja nadifa, spazji liberi u kampanja f’sahhitha, tonqos il-kwalita’ tal-hajja.
Qeghdin f’sitwazzjoni ta’ sfidi ekologici globali bhat-tibdil fil-klima li jistghu isiru katastrofici jekk ma jkunx hemm politika li timmangija riskji b’mod sostenibbli.

Izda anke fuq livell lokali, kwistjonijiet bhad-dhahen mill-karozzi, fejn donnu addottajna regoli Ewropej izda mhux nimplimentawhom, qed iwasslu ghal zieda fil-mard respiratorju. Iz-zieda fit-traffiku u l-problemi assocjati mat-trasport pubbliku mhux jghinu s-sitwazzjoni.

Sfidi ohrajn bhall-energija sostenibbli, id-difiza ta’ siti pubblici mill-kommodifikazzjoni, il-kostruzzjoni, l-immanigjar ta’ l-iskart u l-ilma ser ikunu fuq quddiem fil-politika ambjentali Maltija fis-snin li gejjin, u dawn ser ikollhom impatt qawwi ekonomiku u socjali.

Dan kollu jista u ghandu jservi ta’ opportunita’ li nharsu lejn ekonomija hadra. Din izzid is-sostenibilita’ u tipprovdi x-xoghol f’setturi u livelli varji.

Sfida ewlenija relatata mas-sostenibilita’ hi jekk ahniex Konsumaturi – li rridu gratifikazzjoni istantanja f’socjeta’ ta’ ixtri u armi; jew Cittadini li nzwegu d-drittijiet mar-responsabilitajiet, anke lejn generazzjonijiet futuri. Nemmen li din hi l-ikbar dilemma fil-politika socjali llum.

Demokrazija

Id-diskors teknokratiku qed jipprova jikkonvincina li il-kwistjonijiet Ii jezistu llum huma biss ta’ natura manigerjali jew teknika, u li l-ideologija mietet. Altru milli mietet l-ideologija, qed naraw li l-ideologija neo-liberali ghandha rwol ewlieni fiz-zieda fl-inugwaljanzi socjali u fil-krizi ambjentali. Bl-istess mod, jista’ jkun hemm vizjonijiet ohra, li jaspiraw ghal bidliet sostanzjali lejn socjeta’ iktar gusta u sostenibbli.

Politika demokratika taghraf il-possibilta’ ta’ direzzjonijiet politici differenti fil-governanza ta’ socjeta’. Taghraf ukoll li d-diversita’ u l-antagonizmi jistghu isahhu d-demokrazija.

Fil-politika hemm pluralita’ ta’ siti socjali fejn isehhu l-antagonizmi, u dawn m’humiex necessarjament monopolizzati mill-partiti. Jezistu ukoll ghaqdiet non-governattivi, li ghandhom rwol importanti li jqajmu kuxjenza u li jahdmu ghal bidliet socjali.

Il-partiti u l-NGOs jistghu jahdmu fi spirtu ta’ djalogu, fejn l-awtonomija ta’ kull naha tigi rispettata, izda fejn jigu ffurmati alleanzi u koalizzjonijiet skond il-htiega.

Avversarji politici ghandhom jigu rispettati ghall-vizjonijiet differenti taghhom. Politika minghajr avversarji hi politika li tmur kontra s-sens demokratiku, ghax tassumi li kulhadd gie assorbit f’kunsens falz, kunsens monolitiku, kunsens li m’hu xejn ghajr monologu ta’ min ghandu s-sahha.

Ghalhekk, it-tishih demokratiku jezigi li l-diversita’, il-pluralizmu, is-socjeta’ civili u l-forom politici differenti jigu ccelebrati.

Konkluzjoni: L-Awtonomija

Naghlaq billi nosserva li qed nghixu f’socjeta’ li fejn l-individwalizazzjoni hija prezenti f’kull qasam tal-hajja.

L-individwi huma dejjem iktar mehtiega jibnu l-hajja rispettiva taghhom, mill-opportunitajiet li jezistu, nghidu ahna fl-edukazzjoni, sal-kundizzjonijiet ta’ prekarjeta’ li qed jnifirxu f’bosta oqsma tal-hajja, mix-xoghol sar-relazzjonijiet.

F’kundizzjoni ta’ individwalizzazzjoni, m’ghandniex ghazla hlief li naghmlu l-ghazliet, kemm il-darba difficli.

L-ghazliet li naghmlu huma influenzati kemm mill-mod kif nirriflettu dwarhom u kif ukoll fil-kundizzjonijiet li nghixu fihom.
Ghalhekk, sfida ewlenija ghall-politika socjali hi kif l-individwalizazzjoni taghti inqas lok ghall-prekarjeta’ u iktar lok ghall- awtonomija.

B’hekk wiehed ikollu kemm jista’ jkun kontroll fuq l-attivitajiet li jixtieq jaghmel fil-kostruzzjoni ta’ l-identita’ tieghi, fl-isferi varji tal-hajja, mill-familja sax-xoghol, mill-hin liberu sal-edukazzjoni.

L-awtonomija ghandha tkun relatata mal-gustizzja socjali u mas-sostenibilita’ f’kuntest demokratiku. Hawnhekk, ikollna verament politika tac-cittadini, u mhux politika tal-konsumaturi.