Il-Mument 15 ta' Ottubru 2017
Il-Gvern Laburista iddecieda li jizvilppa progett ta’ housing
socjali ta’ 84 appartament fis-Siggiewi. Dan l-izvilupp qed iqajjem bosta
mistoqsijiet.
Il-mistoqsijiet m’ghandhomx x’jaqsmu ma jekk pajjizna ghandux
bzonn housing socjali. Nahseb li kulhadd jaqbel li f’socjeta’ solidali dawk
l-iktar batuti ghandhom jinghataw ghajnuna mill-Gvern sabiex ikollhom post
dicenti fejn jghixu.
Il-mistoqsijiet li jqajjem il-progrett tas-Siggiewi iktar
ghandhom x’jaqmsu mal-metodu li qed juza l-Gvern biex iwettaq il-politika
tieghu.
Per ezempju, hem thassib li dan l-izvilupp jista’ jwassal ghal
‘ghetto’ f’nofs komunita’ ezistenti fis-Siggiewi. Zvilupp ta’ dan
il-kobor u l-influss ta’ numru kbir ta’ nies f’temp qasir jista’ jkollu numru
ta’ konsegwenzi. Dawn jinkludu zieda ta’ traffiku u kongestjoni, izda jistghu
jinkludu wkoll zieda ta’ problemi socjali.
Jista’ jkun hemm qasma
u stigma bejn residenti godda u antiki, specjalment meta dawn ta’ l-ahhar ma
gewx ikkonsultati kif suppost mil-Gvern. Jista’ jkun hemm qasmiet ukoll bejn
residenti godda, specjalment jekk dawn ma jkunux jafu lil xulxin u f’daqqa
wahda jridu jaddattaw ghal sitwazzjonijiet godda.
Ghalhekk, wiehed
isaqsi jekk il-Gvern ikkunsidrax li jizviluppa progetti izghar u alternattivi,
li jferrxu lil dawk intitolati ghal dan id-dritt madwar il-pajjiz kollu. Dan
jista’ jiffacilita’ il-processi ta’ integrazzjoni u l-impatti fuq residenti
ezistenti.
Wiehed isaqsi ukoll
jekk il-gvern ghamilx studju ta’ impatt socjali. Dan it-tip ta’ studju jista’ jipprovdi evidenza importanti hafna
ghal politika iktar sostenibbli.
Dan l-istudju ikun jista jivverifika l-impatt ta’ l-izvilupp fuq
resident ezistenti u prospettivi. Ikun jista’ jistabilixxi profil tal-komunita,
jipprovdi djalogu mar-residenti u jevalwa l-impatti ta’ progetti simili ohrajn.
Studju ta’ impatt
socjali ikun jista’ ukoll jivverifika alternattivi ghal dan l-izvilupp, impatti
varji, u mizuri li jtaffu ghall-izvilupp prospettiv.
Sabiex studju ta’
impatt socjali ikun validu u serju, jehtieg li jsir minn esperti bhal
socjologi, ekonomisti u antropologi. Importanti li juza metodi varji sabiex
jjgbor u janalizza l-evidenza migbura.
F’dan ir-rigward hemm
numru ta’ mistoqsijiet ohra li tajjeb wiehed isaqsi :
Il-Gvern ikkunsidra
l-impatt ta’ dan l-izvilupp f’staguni differenti ? Per ezempju ta
importanza lis-sena skolastika ?
Il-Gvern ikkunsidra l-impatt fuq residenti minn toroq differenti
fil-vicin tal-progett ? Sar xi forma ta’ kuntatt maghhom?
Il-Gvern ikkunsidra
l-impatt ta’ zvilupp iehor li qed isir fil-lokalita?
Min huma l-esperti li
uza il-Gvern sabiex jippjana u jwettaq dan il-progett ?
Gew stabiliti
indikaturi socjali sabiex il-Gvern jevalwa l-impatti tal-progett ?
Il-Gvern ikkunsidra
l-impatt ekonomiku fuq residenzi u negozji fil-madwar ?
Il-Gvern ikkunsidra
l-impatt fuq l-immanigjar ta’ l-iskart, fuq il-parkegg u fuq is-sahha
tar-residenti ?
Il-Gvern ser
jikkumpensa lir-residenti tal-madwar jekk isir dan l-izvilupp?
Il-Gvern jeskludi ghal
kollox li jikkunsidra alternattivi izghar u iktar imferxin ghal dan il-progett
massiv ?
X’konttibut ser jaghti
lill-lokalita’ dan l-izvilupp? U x’qed jaghmel il-Gvern biex jiddjaloga b’mod
genwin ma dawk affetwati minnu?
Nawgura li l-Kunsill
Lokali tas-Siggiewi li qieghed jaghmel hiltu biex jiddefendi l-kwalita’
tal-hajja tar-residenti tas-Siggiewi.