Il-Mument 29 ta' Ottubru 2017
Malta bhalissa qed tghix inkubu. BIl-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, pajjizna qabez kull limitu u ma nistghux nibqghu sejrin hekk. Qed nghixu krizi istituzzjonali, fejn l-istat qed jonqos milli jipprotegina mill-korruzzjoni, mill-vjolenza u mil-kriminalita’.
F’pajjizna rega’ hawn
il-biza’. Biza’ mil-bulijiet li qed jaghmlu li jrdu. Biza li jkun hawn iktar karozzi
bombi li jisplodu. Biza’ li l-hasil tal-flus u l-bejgh tal-passapori jkollhom
riperkussjonijiet koroh fuq il-fibra socjali.
U hawn insaqsi lili
nnifsi: Dwar xiex ghandi nikteb meta pajjizna ikun ghaddej minn din it-tip ta’ krizi?
Meta nikteb
fil-gazzetti u fuq il-media socjali, generalment naghzel temi li jkunu topici u
li ghandhom x’jaqsmu mal-politika socjali, l-ambjent, governanza, materji
internazzjonali, kultura, ekonomija u temi ohrajn.
Fl-artikli nipprova
nqajjem mistoqsjiet, nanalizza xi jkun ghaddej, u nevalwa possibilitajiet li
jistghu itejbu dak li jkun ghaddej. Gieli s-suggetti ikunu topici – bhal nghidu
ahna il-bagit, u gieli jkollhom iktar x’jaqsmu ma’ materji li jehtiegu
dibattitu fuq medda itwal ta’ zmien, bhal nghidu ahna, l-ambjent marittimu u
s-socjeta’.
Izda meta l-pajjiz
ikun ghaddej minn krizijiet, donnu kollox jieqaf. Ikun difficli hafna li tahseb
dwar materji li m’humiex konnessi direttament mal-krizi.
Meta faqqa’ l-iskandlu
tal-Panama Papers, hekk kien gara. Ma’ kull jum bdew hergin iktar ahbarijiet li
bdew juru kif persuni prominenti fil-Gvern Laburista kienu implikat f’dan
l-iskandlu. U allura ma kellix
ghazla hlief li nikkummenta dwar dan is-suggett.
Issa pajjizna esperjenza
il-qtil makabru ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan sar f’kuntest fejn
l-istituzzjonijiet ma tawx il-protezzjoni mehtiega. Qisna qeghdin go inkubu. Hafna minna ghadna
taht xokk, u ma nistghux nikkoncentraw dwar affarijiet ohra. Irridu
l-gustizzja.
U l-gustizzja m’hijiex biss li jinstab il-qattiel. B’gustizzja
qed nifmhu li l-istituzzjonijiet jerghu igawu l-fiducja mic-cittadini. Qed
nifmhu li jinhatru kummisarju tal-pulizija u avukat tal-gvern godda,
b’approvazzjoni ta ‘zewg terzi tal-parlament.
Il-fatt li pajjizna qed jghix dan l-inkubu jfisser li ma
nistghux nikkoncentraw fuq kwisjonijiet li normalment jigu diskussi
fil-politika: il-prekarjat, il-pensjonijiet, is-sostenibilita’, il-kwalita’ ta’
l-arja, l-immigrazzjoni, ir-riforma elettorali, it-trasport, u elf haga ohra.
Dan kollu joffri
dilemma kbira lil min bhali jikteb regolarment. Iktar ma nitkbu dwar il-krizi,
inqas ma niktbu dwar il-materji l-ohra. U inqas ikun hemm diskussjoni dwarhom.
Ghalhekk, l-inkubu li
qed nghixu fih qieghed jissofoka n-normalita’ demokratika : dik
in-normalita’ li tinkudi djalogu miftuh, serhan tal-mohh, u fiducja
fl-istituzzjonijiet.