Monday, November 13, 2017

Front Favur ic-Censura - Michael Briguglio


Il-Mument, 12 ta' Novembru 2017

Ftit tal-granet ilu fettili nippostja xi ahbarijiet dwar censura minn media lokali fis-sit pubbliku fuq il-facebook tal-Front Kontra c-Censura.

Ftit wara irrealizzajt li gejt ibbanjat minn dan il-grupp. Iva, ibbanjat. Iccensurat. M’ghadx ghandi access ghal dan is-sit pubbliku ghax l-amministratur Mark Camilleri ghogbu jibbanjani minnu, kif stqarr huwa stess fuq il-facebook.

Tajba din! Jigifieri jekk xi hadd jippostja ahbarijiet dwar censura li ma jdoqqux ghal widnejn Camilleri, dan jigi ccensurat. L-attivist kontra c-censura sar jiccensura huwa stess. Qisu meta jkollok revoluzzjonarju li jsir tirann. Sewwa qal Albert Camus fil-ktieb ‘ir-Ribell’ meta wissa kontra l-assolutizmu.

Ta’ min jghid x’kien fihom il-posts tieghi. Wahda kienet dwar allegat theddid fuq muzicisti li kienu ser idoqqu f’kuncert ghal Daphne Caruana Galizia. Din l-ahbar deheret fuq Lovin Malta. Jien stess nista’ nikkonferma li hemm muzicisti jibzghu minn vendikazzjonijiet: Meta ftit granet wara n-netwerk tas-socjeta’ civili organizzat sit-in simboliku quddiem id-depot tal-Pulizija, stedinna numru ta’ bands. Kien hemm min accetta. Izda kien hemm ukoll min xtaq idoqq izda kellu jirrifjuta  minhabba li bezghu minn dak li jista’ jigrilhom galadabra jahdmu fic-civil.

Post ohra tieghi kienet ahbar li deher fuq is-sit newsbook. Hawnhekk, gie zvelat li Jonathan Ferris akkuza lill-Avukat Ġenerali peress li dan ta’ l-ahhar irid li l-każ ta’ Ferris jinstema' bil-magħluq. Ferris stqarr li dan imur kontra d-drittijiet tiegħu li għandu jkun protett b’mod xieraq mill-istat. Ta’ min niftakru li Ferris tkecca mill-FIAU talli dan ghamel xogholu fil-konfront investigazzjoni ta’ kriminalita’ ekonomika.

Vera gejna qeghdin sew. Il-Front Kontra c-Censura saret ticcensura hi stess. Ma nahsibx li din hi kumbinazzjoni. Mark Camilleri kien canvasser ta’ Owen Bonnici qabel l-elezzjoni tal-2013, u wara r-rebha Laburista giet mahtur chairman exekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Qed jithallas eluf kbar ta’ Ewro mit-taxxi taghna f’dik li tista’ tissejjah hatra ‘taghna lkoll’.

Qabel l-elezzjoni tal-2017, il-Malta Independent (29 ta’ Mejju) irraportat li istess Mark Camilleri rega’ appoggja pubblikament lill-Partit Laburista u qal li ser jaghti l-ewwel preferenza  lill-Helena Dalli tal-PL u t-tieni preferenza lill-Alternattiva Demokratika. Qal ukoll li Simon Busuttil huwa ‘iktar korrott b’mod ovju’ minn Keith Schembri u Konrad Mizzi.

Ovjament Mark Camilleri ghandu kull dritt ghall-opinjoni tieghu, u nippreferi li persuna jghid x’inhi l-affiljazzjoni politika tieghu milli jinheba wara diskors oskur ta’ ‘newtralita’.

Izda nemmen li l-pozizzjoni ta’ Camilleri fil-Front Kontra c-Censura m’hijiex tenibbli ghas-semplici fatt li ghazel li jiccensura posts u kontributur sempliciment ghax ma jaqbilx mieghu. Liberta’ ta’ l-espressjoni? Ahjar nidhaq.