Il-Mument, 26 ta' Novembru 2017
Il-qtil brutali ta’ Daphne Caruana
Galizia u l-protesti sussegwenti organizzati min-Netwerk tas-Socjeta’ Civili,
mill-Occupy Justice u mill-Kenniesa tal-Kabinett waslu biex jigi accelerat
il-process tar-riforma kostituzzjonali f’Malta. L-oppozizzjoni Nazzjonalista
kellha u ghandha rwol ewlieni f’dan il-process permezz tal-pozizzjonijiet
parlamentari li qed tiehu.
Nittama li r-riforma kostituzzjonali ma
tintuzax bhala paraventu mill-gvern biex jipprova jnessina minn kwistjonijiet
urgenti bhall-kolass ta’ istituzzjonijiet bhall-Kummissarju tal-Pulizija u
l-Avukat tal-Gvern.
Nittama wkoll li r-riforma
kostituzzjonali tiffoka li jigu msahha ic-‘checks and balances’ bejn it-tliet
organi ta’ l-istat: il-legislattiv, l-ezekuttiv u l-gudikatura.
L-ikbar sfida f’dan ir-rigward hi s-sistema
politika fejn il-partit fil-gvern ghandu l-opportunita’ li jahtaf kollox taht
idejh, u li awtoritajiet li suppost huma indipendenti jispiccaw immexxija minn
nies servili ghall-Ministri.
Kull partit fil-gvern inqabad f’din
in-nassa b’xi mod jew iehor, izda kien hemm gvernijiet fejn dan kollu sar b’mod
ezagerat. Nistghu insemmu l-Gvernijiet Laburisti ta’ qabel l-1987, u l-Gvern
Laburista prezenti bhala l-iktar ezempji cari. Il-Gvern prezenti ta’ Joseph
Muscat sahansitra huwa ibbazat fuq stil ta tmexxija fejn dawk ta’ fuq igawdu
impunita’ ghall-korruzzjoni u decizzjonijiet xejn trasparenti. Il-korruzzjoni
m’ghadiex l-eccezzjoni: saret prerekwizit tal-Gvern.
Kif qal tajjeb Giovanni Bonello,
fit-Times of Malta fis-7 ta’ Novembru li ghadda,
“A country cannot claim to follow the rule of
law when all the prosecuting authorities are controlled and muzzled, when
the judiciary is packed with party inepts, when the police force employs convicted
criminals, when impunity is guaranteed for anyone on the right side of the
political fence, when court-certified felons are promoted, when prosecutions
are sabotaged and when those who try to follow up political corruption are
battered, when the voice of protest is silenced in a blast of Mafia.”
Ghalhekk nappella sabiex ir-riforma kostituzzjonali tkun verament
genwina u li persuni ta’ rieda tajba fil-Gvern ta’ Muscat ma jippermettux li
anke din tigi korrotta.
Ghandu jkun hemm enfasi fuq djalogu u sens civiku. Il-process ghandu
jinvolvi lis-socjeta’ civili, il-partiti politici, akkademici u esperti
kostituzzjonali, kif ukoll vucijiet ohra varji fis-socjeta’ Maltija.
Fuq kollox, dawk li jmexxu ir-riforma kostituzzjonali ghandhom ikunu
nies ta’ integrita’, onesta u li jgawdu fiducja wiesgha fis-socjeta’ Maltija.
Il-process ghandu jkun suggett ghal skrutinju demokratiku. Per ezempju, jista’ jkun
approvat permezz ta’ maggoranza ta’ zewg terzi tal-parlament u referendum
nazzjonali.
L-oppozizzjoni parlamentari u ekstra-parlamentari, is-socjeta’ civili u
l-media ghandhom ikunu ghassa li l-Gvern ma juzax ir-riforma ghal skopijiet
partiggjani. Nistennew u naraw. U jekk inkunu konvinti, nippartecipaw.