Stampa: Keith Haring - TV man with barking dog (1983) |
Il-Mument, 29 ta' Jannar 2018
Pajjizna jippermetti li toffendi
r-religjon, izda ma jippermettix li tikkrikita lil Pilatus Bank jew lil Henley
and Partners.
Din hija wahda
mill-kontradizzjonijiet li nghixu kuljum taht il-Gvern ta’ Joseph Muscat, gvern
li jilliberalizza kollox sakemm ma jolqotx lill-oligarkija. Filfatt, filwaqt li
l-offiza tal-villipendju hija dekriminalizzata, l-istess ligi ta’ Malta ma
tipprotegix gurnalisti li qed jaghmlu xogholhom minn theddid ta’ kumpaniji
kbar.
Hekk gara meta l-Bank Pilatus u
Henley and Partners hadu azzjoni kontra gurnalisti u gazzetti indipendenti li
kienu qed jinvestigaw kwistjonijiet rispettivi bhall-Panama Papers u l-bejgh
tac-cittadinanza.
Ghalhekk huwa importanti li ftit tal-granet
ilu giet immressqa private member’s bill parlamentari appoggjata mill-Partit
Nazzjonalista. Din tipproponi li kazi legali internazzjonali maghrufin bhala
‘SLAPP’ kontra gurnalisti Maltin ma jintuzawx bhala ghodda kontra l-liberta’
ta’ l-espressjoni. Dan ifisser li jekk dan it-tip kaz jintrebah barra,
m’ghandux jigi ezegwit f’Malta. Ir-raguni hi li dawn il-kazijiet kemm il-darba jigu
imposti spejjez legali esorbidanti fuq il-gurnalisti li jibqghu minghajr l-ebda
ghazla hlief li jirtiraw dak li kitbu minhabba l-ispejjez legali.
Ghalhekk, dak li qed tipproponi
l-oppozizzjoni Nazzjonalista tipprotegi lill-gurnalisti Maltin permezz ta’ ligi
nazzjonali kontra din it-tip ta’ manuvra.
Ghandna nkunu grati lejn gurnalisti
li qed jaghmlu xogholhom u jinvestigaw kazijiet ta’ korruzzjoni, governanza
hazina u materji ohra ta’ interess pubbliku. L-istess ghandna nghidu
ghall-attivisti u politici li jahdmu f’dan ir-rigward.
Ezempju kurrenti huwa l-MEP David
Casa li bhala rapprezentant tal-Maltin fil-Parlament Ewropew, qieghed jimpenja
ruhu fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus. Il-Parlament Ewropew
m’huwiex ‘taghhom l-Ewropej’ bhal ma jipprova jghidilna Joseph Muscat b’mod
popolist. Il-Parlament Ewropew huwa taghna l-Ewropej, ghaliex ahna Maltin u Ewropej.
U nzid li imnalla qeghdin fl-Unjoni Ewropeja, ghaliex li kieku bqajna barra
kien ikun hemm wisq iktar opportunita’ biex ikun hemm abbuz tal-poter u
korruzzjoni.
Irrid infakkar li ghaddew iktar minn
100 jum mill-qtil brutali tal-gurnalista Daphne Caruana Galizia, qtil li
jirraprezenta l-ikbar attakk possibli fuq il-liberta’ ta’ l-espressjoni. Daphne
kixfet bosta kazijiet ta’ korruzzjoni u kriminalita’ organizzata.
Nafu li gew arrestati tliet minn
nies b’knnessjoni mal-bomba li qatlitha, izda jidher ma sar l-ebda progress
minn hemm il-hawn. Sa llum ma hemm
l-ebda hjiel li l-awtoritajiet identifikaw lil min ikkummisjoni, ippjana jew
orkestra dan il-qtil.
Ghahekk il-Council of Europe
Platform for the Promotion of Journalism, u numru kbir ta’ ghaqdiet
internazzjonali dwar il-liberta’ ta’ l-espressjoni u l-governanza tajba qed
ikomplu juru t-thassib dwar is-saltna tad-dritt, il-korruzzjoni u l-protezzjoni
tal-gurnalisti f’pajjizna.
Sfortunatament
il-magna tal-propaganda tal-Gvern ta’ Joseph Muscat tipprova taghmel minn
kollox biex turi stampa ohra. Tipprova tnessina mill-panama papers u
mill-iskandli relatati mal-bejgh tal-gid komuni.
Tipprova
tnessina minn nuqqasijiet tal-Korp tal-Pulizija, li jibqa’ ma jinvestigax
kwistjonijiet bhall-Panama Papers.
Tipprova tnessina mit-thassib tal-Prim Imhallef u ta’ l-Ombudsman dwar
in-nuqqas ta’ kollaborazzjoni ta’ l-Avukat tal-Gvern u l-Pulizija mal-qrati.
Malta
hi mmexxija minn gvern li jitkellem dwar il-liberta’ izda li jipprova jaghlaq
halq dawk li jfittxu l-verita’ dwar il-korruzzjoni u l-kriminalita’
organizzata.
Ghandna
Prim Ministru li jiftahar bl-ikbar arroganza li jirreagixxi biss ghal kummenti
ta’ Prim Ministri. Prim Ministru li jahseb li maggoranza elettorali ittih
drittijiet divini li jigu l’fuq mis-saltna tad-dritt.
Ghandna
Prim Ministru li jibbaza l-poter tieghu fuq politika ta’ patrunagg, ta’
pjaciri, ta’ xejn m’hu xejn: l-aqwa li nakkwistaw il-voti u naqdu l-interessi
ta’ oligarkija.
Il-liberta’
ta’ l-espressjoni f’pajjizna hi kompromessa minn Gvern bla ruh. Izda l-ebda
gvern ma jezisti ghal dejjem, u ghalhekk ghandna nuzaw lehhinna biex
nikkonfermaw dan il-fatt.