Sunday, January 14, 2018

Mozzjoni f’waqtha - Michael Briguglio


Il-Mument 14 ta' Jannar 2018

“Ghandu jkun hemm talba formali lill-Gvern sabiex sabiex jieħu l-art fiż-Żonqor lura mingħand Sadeen u jagħtih lura lill-Maltin”.  Dan kien il-messagg tal-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala, f’mozzjoni imressqa din il-gimgha.

Din il-mozzjoni takkumpanja mozzjoni imressqa mill-grupp Nazzjonalista fil-parlament ta’ Malta, u hi konformi ma’ dak li qed jitolbu ghaqdiet ambjentali bhall-Front Harsien ODZ, Din l-Art Helwa, Flimkien ghall-Ambjent Ahjar u r-Ramblers Association of Malta. Dan qed jitolbuh ukoll partiti ohrajn ta’ l-oppozizzjoni, gazzetti indipendenti u nies ta’ rieda tajba. Ta’ min infakkar li fl-2015 Malta rat l-ikbar dimostrazzjoni ambjentalista ta’ kull zmien, bl-iskop li z-Zonqor jigi protett.

Ilkoll nafu li minkejja l-pompa ta’ propaganda mill-Gvern Laburista u minkejja l-preferenzi li inghata Sadeen minn fuq dahar il-poplu Malti, l-American University of Malta falliet bil-kbir milli tilħaq il-miri tagħha u saħansitra ukoll naqset dawn il-miri bin-nofs. Nafu li l-Universita’ s’issa gabet biss 15-il student u qed tkecci bosta akkademici.

Nittama li l-Partit Laburista jisma l-ghajta popolari li tezisti sabiex iz-Zonqor jigi protett. Minflok ma jirreagixxi b’negattivita’, jista’ jkun pozittiv u jipprova jaghmel l-almu tieghu ghal kunsens nazzjonali. J’alla l-Universita’ taghmel success, izda sa dan it-tant m’ghandniex nissagirfikaw art daqshekk prezzjuza. Sa fejn naf jien is-success ta’ Universita’ jiddependi minn kriterji akkademici u sostenibbli, u mhux minn kemm hemm veduta tajba tal-bahar.

F’dan l-artiklu, pero’, nixtieq naghmel emfasi fuq ir-rwol tal-Kunsilliera fil-politika. Fil-kas taz-Zonqor, il-grupp ta’ kunsilliera Nazzjonalisti kien proattiv u pprezenta mozzjoni ghal-gid komuni. Nemmen li din il-prassi ghandha tigi addottata iktar frekwentament b’hidma kongunta ta’ kunsilliera Nazzjonalisti u ohrajn li jixtiequ jinghaqdu maghhom.

Jezistu bizibilju ta’ kwistjonijiet ta’ importanza kemm lokali kif ukoll nazzjonali fejn il-kunsilliera jistghu ikunu proattivi. U jekk dan jaghmel sens f’kunsilli fejn il-Partit Nazzjonalista ghandu minoranza ta’ siggijiet, ahseb wara kemm jaghmel iktar sens f’kunsilli fejn tezisti maggoranza Nazzjonalista.

Qed nitkellem mhux biss dwar kwistjonijiet ta’ kostruzzjoni u zvilupp, izda ukoll fuq kwistjonijiet ohra li jolqtu direttament lir-residenti. Dawn ivarjaw minn infurzar sa’ sigurta, minn devoluzzjoni ta’ art pubblika sa metodi ta’ finanzjament, u minn introduzzjoni ta’ bye-laws sa l-importanza ta’ politika ibbazata fuq evidenza, nghidu ahna permezz ta’ social impact assessments u community profiling.

Ghalhekk tajjeb li fil-hidma ghall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tas-sena d-diehla, ikun hemm emfasi sabiex il-gruppi nazzjonalisti fil-kunsilli rispettivi jibnu fuq it-tajjeb li diga’ qed isir u fejn hemm bzonn  ikunu iktar proattivi permezz ta’ mozzjonijiet kongunti, hidma mas-socjeta’ civili u prezenza kontinwa fuq il-midja.

Il-Partit Nazzjonalista introduca il-kunsilli lokali 25 sena ilu. Jemmen fis-sussidjarjeta’ biex b’hekk ma jkunx hemm eccess ta’ poter f’idejn il-Gvern centrali u biex il-residenti ikollhom vuci akbar f’kwistjonijiet lokali. Ghall kuntrarju, il-Gvern Laburista qed ihott dan bil-mod il-mod u qed jiccentralizza l-poter f’idejn grupp zghir ta’ nies. Jehtieg li nergghu naghmlu l-kunsilli konformi ma’ l-iskop originali taghhom.