Il-Mument, 21 ta' Jannar 2018
Fis-sistema
politika Maltija, iz-zewg partiti politici kbar kemm il-darba iservu ta’
umbrella wiesgha li tigbor tahtha diversi identijiet, gruppi, vucijiet u
klassijiet socjali. Nistghu nghidu li kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll
il-Partit Laburista it-tnejn huma ankrati vicin ic-centru politiku, ghalkemm
minn daqqiet ixeqilbu iktar lejn ix-xellug jew il-lemin.
F’dawn
iz-zminijiet, l-ideologija politika saret iktar flessibli milli kienet
fil-passat. Dan jirrifletti il-bidliet socjali li qed nghixu: f’socjetajiet
iktar miftuha, iktar sekulari u karatterizzati b’iktar diversita’. Kull wiehed
u wahda minna x’aktarx nidentifikaw ma’ iktar minn identita’ wahda u kultant
dawn ikunu anke kontradittorji.
Hemm
min jghid li b’hekk l-ideologija spiccat u ghalhekk il-partiti politici
ghandhom sempliciment jirriflettu l-iktar fehmiet popolari fis-socjeta’.
Il-politika b’hekk issir loghba bejn min kapaxxi jmexxi ahjar fil-qafas ta’
dawn il-fehmiet.
Personalment
nippreferi politika flessibli milli wahda assolutista u fundamentalista. Din
ta’ l-ahhar twassal ghal politika minghajr djalogu, ghat-tirannija ta’ certi
ideat u persuni, u ghall-mewt tad-djalogu: l-istess djalogu li hu essenzjali
ghal demokrazija hajja.
Izda
b’dan ma ridx nghid li l-principji m’humiex importanti. Anzi.
Nemmen
li l-principji ghandhom iservu ta’ qafas ideologiku biex partit politiku ikollu
direzzjoni u ghanijiet. Iservu ukoll sabiex min hu imsieheb jew jappoggja
partit ikun jaf fejn qieghed. Izda l-principji iridu dejjem jitpoggew f’kuntest
socjali. Per ezempju, kelma bhal liberta’ jista’ jkollha tifsira differenti
f’kuntesti socjali differenti. F’socjeta’ demokratika, liberta’ kemm il-darba
tigi mkejla skond id-drittijiet tac-cittadin u skond l-ghazliet li jaghmel. U
ma’ l-ghazla wiehed irid ukoll jinkludi r-responsabilita’. Izda f’socjeta’
dittatorjali, il-liberta’ tista tkun hemm ghal grupp zghir biss.
Hekk
kif il-Partit Nazzjonalista qed igedded lilu nnifsu, nemmen li huwa importanti
li jadotta sett ta’ principji minghajr ma jaghmilhom xi duttrina dommatika.
Il-wirt Demo-Kristjan tal-Partit ghandu jservi ta’ infrastruttura, izda ghandha
tkun rispettata d-diversita’ socjali li qed nghixu fiha llum.
Principju
importanti f’dan ir-rigward hu dak tad-dinjita’ umana, u mieghu dak
tas-solidarjeta’. Ghandu jkun hemm politika li tappogja forom varji tal-familja
kif ukoll lil dawk li qed jghixu hajja prekarja. Il-politika socjali m’ghandiex
tinkoragixxi dipendenza fuq l-istat jew impozizzjonijiet minn fuq, izda minflok
ghandha tinkoragixxi l-independenza, l-opportunitajiet, u li wiehed ikollu
l-ghodda biex javvanza f’hajtu. L-edukazzjoni u t-tahrig huma essenzjali f’dan
ir-rigward.
Principju
iehor ta’ importanza huwa dak tas-sussidjarjeta’. Decizzjonijiet ghandhom
jittiehdu mill-izghar awtorita’ kompetenti possibli. Dan ifisser li jekk per
ezempju kunsill lokali huwa iktar kapaci jiddeciedi dwar kwistjonijiet lokali,
il-gvern centrali m’ghandux jisraqlu l-poter. Minn naha l-ohra, jekk certi
decizzjonijiet ghandhom ikun f’idejn l-Unjoni Ewropea minhabba
l-implikazzjonijiet globali taghhom, allura tajjeb jigu decizi hekk.
Permezz
tas-sussidjarjeta’, il-gvern ghandu jintervjeni biss meta individwi, familji,
is-socjeta’ civili, jew gruppi privati ma jistghux jagixxu b’mod indipendenti.
Ghalhekk l-awtonomija’ u d-dinjita’ jigu qabel id-dominanza ta’ l-istat.
Principju
iehor u dak li jhares id-drittijiet ta’ generazzjonijiet tal-futur. Kuncetti
bhas-sostenibilita’ u l-gid komuni ghandhom jigu qabel il-gratifikazzjoni
instantanja jew dak li jaqbel biss fl-immedjat.
Tajjeb
ukoll li l-politika ekonomika tkun wahda li turbot il-suq kompettitiv ma’ mudell socjali u ambjentali li jaghti
importanza lix-xoghol dicenti u lill-opportunitajiet. B’hekk tigi evitata tellieqa
sal-qiegh immexxija mir-reghba u l-prekarjat.
Hawnhekk,
l-individwi jigu kkunsidrati mhux biss bhala konsumaturi fis-suq izda ukoll
bhala cittadini li ghandhom drittijiet u dmirijiet.
Principji
bhal dawn jistghu joffru opportunita’ lill-Partit Nazzjonalista
fil-kostruzzjoni ta’ alternattiva ghall-Partit Laburista.
Il-Gvern
ta’ Joseph Muscat introduca numru ta’ riformi pozittivi, izda qieghed
jenfasizza ukoll ipoggi zvilupp bla razan qabel il-gid komuni, qed ibiegh
il-wirt nazzjonali lill-investituri dubjuzi, qed ikun dipendenti fiskalment
ghall-bejgh tac-cittadinanza, qed ihaxxen is-settur pubbliku permezz ta’
patrunagg politiku: Dan kollu permezz ta’ buzzieqa ekonomika li qed tigi
ddettata mic-ciklu eleottrali u vvalentata bil-koruzzjoni.
Il-Partit
Nazzjonalista ghandu jkun il-vuci ta’ dawk ta’ dawk li qed jghixu l-prekarjat,
ta’ dawk li jridu governanza tajba, u ta’ dawk li jqisu l-gvern ta’ Muscat
bhala wiehed bla ruh. Il-Partit Nazzjonalista ghandu jirrikoncilja haddiema u
negozjanti li huma aljenati mill-mudell ekonomiku ma votanti mill-klassi
tan-nofs li forsi qed jghixu l-kumdita’ izda jridu tip ta’ politika iktar
gusta.
Ghal
dan il-ghan tajjeb li l-Partit jikkomissjona studji socjologici biex
jinvestiga’ l-htigijiet, l-identitajiet u l-aspirazjonijiet ta’ zminijietna.
Dawn l-istudji b’hekk iservu biex ikun hemm evidenza soda ghall-politika
f’socjeta’ li qed tinbidel. Nikteb iktar dwar dan f’artiklu fil-futur qrib.