Sunday, March 04, 2018

Analizi ta' partit - Michael Briguglio

Image result for politics

Jezistu differsi forom ta’ analizi ta’ partit politiku. Tezisti analizi esperta, analizi ibbazata fuq l-esperjenza u anke tahlita tat-tnejn. Din ta’ l-ewwel tinvolvi dixxiplini bhas-socjologija, ix-xjenza politika u l-kommunikazzjoni, u dik ta’ l-ahhar tinkludi esperjenza politika fuq livelli varji.

F’dan l-artiklu nixtieq nipproponi xi kuncetti u metodi li jistghu iservu biex partit politiku janalizza lilu nnifsu.

F’dak li ghandu x’jaqsam ma’ kuncetti, tajjeb li partit jaghraf x’inhi l-identita’ tieghu. X’inhi l-ideologija tal-partit? X’diskors ghandu jintuza fuq kwistjonijiet varji? X’inhuma l-ghanijiet, u x’inhi l-vizjoni? Liema valuri ghandhom jiggwidaw il-partit? Dawn kif jistghu jigu applikati ghal suggetti u kwistjonijiet differenti?

F’socjeta’ pluralista u likwida, u f’socjeta’ ikkaratterizzata minn opportunitajiet, riskji u identitajiet differenti, tajjeb li l-principji ta’ partit ma’ jkunux tant monolitici u rigidi li ma jkunux applikabbli ghall-hajja ta’ kuljum. Tajjeb li jkun hemm djalettika hajja bejn il-principju u r-realtajiet socjali tal-mument, minghajr ma’ partit ibigh ruhu akkost ta’ kollox.

L-analizi ghandha ukoll tiffoka fuq min jirraprezenta il-partit. Ghandha tara min huma l-votanti u l-membri rispettivament, minn fejn gejjin, x’inhu l-profil socjali u demokgrafiku taghhom, x’valuri ghandhom. Partit ghandu jara ghalfejn m’huwiex jappella ghal certi gruppi jew demografiji ta’ nies u jekk ghandux jipprova jappella ghalihom. Fl-istess hin, partit ghandu jara x’inhuma l-valuri l-iktar universali u partikolari fis-socjeta’, u kif dawn jistghu jigu rikonciljati mal-principji tieghu.

Tajjeb ukoll li l-partit jara l-profili tar-rapprezentanti parlamentari u lokali, kif  ukoll ta’ l-ufficjali, impjegati, attivisti u volontiera. Ghandu jara jekk hemmx rapprezentanza xierqa ta’ l-identitajiet varji fis-socjeta’ Maltija u jekk hemmx ‘silenzju’ li qed jigi injorat.  Importanti li l-gruppi, il-fora u l-kazini tal-partit ikunu inklussivi u li jservu bhala pjattaforma ghall-ideat u diskussjoni miftuha.

Partit ghandu ukoll jara kif inhuma l-modi varji ta’ kif jistghu jigu mmobilizzati r-rizorsi tieghu, u kif jista’ jahdem ma’ organizazzjonijiet, vucijiet u media ohra fis-socjeta’ civili. Ghandu jizgura li internament jezisti djalogu u li fazzjonijiet jew klikkek jirrispettaw id-differenzi ta’ bejniethom izda li jahdmu ghall-istess ghan.

Partit ghandu ukoll jara kif ikun prezenti fil-komunita’ kemm fizikament izda wkoll fuq il-media socjali. Dawn jinkludu metodi ta’ komunikazzjoni differenti u specjalizzata.

Tajjeb ukoll li partit jaghmel l-ahjar uzu tal-kuntatti internazzjonali tieghu, mhux biss fuq livell ta’ partit, izda ukoll fuq livelli ohra bhall-think tanks, ricerka, komunikazzjoni, edukazzjoni u stharrig.

Kif ghedt hawn fuq, meta partit janalizza materji bhal dawn ghandu jizgura li jigu ingaggati professjonisti u nies ta’ esperjenza politika. Importanti li jintuzaw metodi varji ta’ analizi bhall-sondaggi, servejs, intervisti ma’ esperti, analizi ta’ diskors, analizi partecipattiva, gruppi ta’ diskussjoni u metodi ohra kwantitattivi u kwalitattivi.


Fis-socjeta’ Maltija, partit li jaspira li jkun fil-gvern m’ghandu l-ebda ghazla hlief li jservi ta’ umbrella li tirrikoncilja bl-ahjar mod identitajiet universali u partikolari tas-socjeta’. Biex partit jaghmel dan, tajjeb li jkollu infrastuttura tajba ta’ analizi, kritika kostruttiva, riflessjoni interna, ftuh u djalogu.

Dan l-artiklu deher fil-Mument, 4 ta' Marzu 2018.