Ftit tal-granet ilu l-Organised Crime and Corruption Reporting
Project (OCCRP) ippublikat ivestigazzjonijiet dwar il-bejgh tal-passaporti minn
tmien pajjizi fl-Unjoni Ewropea.
Bhal ma nafu, dawn
l-iskemi gibdu l-attenzjoni tal-Parlament Ewropew u ta’ l-ghaqda
internazzjonali Transparency
International, li qed jappellaw lill-UE sabiex ikun hemm skrutinju fuq dawn
l-iskemi minhabba l-possibilita’ ta’ korruzzjoni, hasil ta’ flus u theddid
ghas-sigurta’.
Il-Kummissjoni Ewropea ser
tippubblika rapport dwar dan iktar tard din is-sena. Nawgura li dan ma jkunx
karatterizzat minn diskors vag u burokratiku z-zejjed li ma jmur imkien.
L-investigazzjoni ta’
l-OCCRP tkopri lil Malta flimkien ma’ s-seba’ pajjizi l-ohra. Tghid li l-ikbar
numru ta’ xerrejja ta’ passaporti gejjin mir-Russja u li xerreja ohra gejjin
minn pajjizi fosthom l-Arabja Sawdita. 78 fil-mija tal-propjetajiet li inxtraw
minn dawn in-nies jinsabu fiz-zona ta’ Tas-Sliema.
S’issa, il-bejgh
tal-passaporti minn pajjizna iggenerat iktar minn €850 miljun fl-ekonomija, u
hi raguni principali li tispjega kif il-finanzi pubblici qed jirregistraw
surpus. Dan ta’ l-ahhar gie kkonfermat mill-Fondi Monetarju Dinji.
Sa’ Dicembru tal-2017, €363
miljun gew depozitati fil-fond nazzjonali li fetah il-gvern ghal zvilupp u
affarijiiet socjali. Dan il-fond jircievi 70 fil-mija tad-dhul mill-bejgh
tal-passaporti.
Il-Prim Ministru Joseph
Muscat dan l-ahhar habbar li €27 miljun s’issa gew investiti, u rapport iktar
ricenti fuq TVM zvela li iktar minn €80 miljun intefqu sa l-ahhar ta’ Jannar.
Tajjeb ikun hemm rapport awditjat li jelenka u jivverifika din l-ispiza.
Sa dan it-tant, l-aptit
tal-Gvern li jkun dipendenti fuq dan id-dhul ‘facli’ qed jikber. Skond Identity
Malta, fil-gimghat li gejjin, ser jigu ppublikati ir-rizultati tal-process ta’
konsultazzjoni biex l-iskema titwessa ghal iktar minn 1,800 applikant.
Jien ktibt lill-Gvern dwar
din il-konsultazzjoni u ssuggerejt li din tkun wahda miftuha u wiesgha li
tinkludi dibattiti pubblici u deliberazzjoni serja, u mhux 8 mistoqsijiet
ikkontrollati li ppublika l-gvern permezz ta’ formula fuq l-internet. Izda ma
jidhirx li l-iktar gvern ‘progressiv, trasparenti u feminista’ huwa interessat
f’din it-tip ta’ konsultazzjoni.
Tajjeb li l-oppozizzjoni,
is-socjeta’ civili u l-istampa ikomplu jiskrutinjaw lill-Gvern dwar il-bejgh
tal-passaporti. Per ezempju, qed isir social
impact assessment li jivverifika l-impatti ta’ din l-iskema fuq
id-demografija u komunitajiet lokali? Il-vizjoni tal-Gvern hi wahda li thares
fit-tul jew li tiffoka fuq il-htigijiet ta’ Joseph Muscat u c-cirku ta’
madwaru?
Id-dipendenza fuq il-bejgh
tal-passaporti u l-propjeta’ qed taffettwa investiment f’setturi iktar
sostenibbli u innovattivi? Il-Gvern Laburista qed jippjana li jonfoq flus
iggenerati mill-iskema ghal skopijiet partiggjani fix-xhur ta’ qabel
l-elezzjoni generali li jmiss? Il-Partit Laburista qed johloq kostitwenza
politika gdida ta’ xerreja ta’ passaporti? Ix-‘xiri’ ta’ voti huwa gustifikat f’demokrazija
liberali?
Dan l-artiklu deher fil-Mument, 18 ta' Marzu 2018.