Kif tahdem il-politika ta’ l-izvilupp f’Malta? Nistghu nghidu li hemm relazzjoni ta’ dipendenza bejn il-gvern u l-izvilupputari kbar.
L-izviluppaturi jipprovdu tkabbir ekonomiku u incentivi ohra. Il-Gvern jappoggja l-izvilupp permess ta’ permessi, infrastruttura, legizlazzjoni u fatturi ohra. Din ir-relazzjoni hi prodott ta’ rabta ideologika ma’ zvilupp permess ta’ sfruttar ta’ l-art.
L-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar hi rapprezentanta important tal-Gvern f’dan ir-rigward. Izda tajjeb ninnutaw li mhux qed nitkellmu dwar istituzzjoni monolitika li dejjem tiddeciedi bl-istess mod. Minflok, ninnutaw li d-decizzjonijiet huma ta’ sikwiet influenzati minn antagonizmi bejn interessi differenti, fejn certi ilhna huma iktar b’sahhithom minn ohra.
Hemm bosta ezempji li juru li l-moviment ambjentalista fis-socjeta’ civili kellu impatti sostanzjali u rnexxielu jwaqqaf jew inaqqas certu zvilupp. Ezempji ricenti jinkludu ir-rebha kontra zvilupp massiv f’wied ghomor u t-tnaqqis ta’ l-art ODZ li ser tittiehed fiz-Zonqor. Nittamaw li din ta’ l-ahhar titnaqqas ghal kollox u b’hekk ghandna nibqghu vigilanti u attivi biex insalvaw iz-Zonqor.
Meta l-moviment ambjentalista jkollu l-appogg ta’ partit politiku kbir jew ta’ elementi fi hdanu, dan generalment jaghti spinta kbira lejn rizultat konkret.
Izda tajjeb naraw ukoll kif il-politika tal-gvern Laburista qed tipprova tintensifika l-izvilupp billi tesseduci lil kulhadd sabiex isir zviluppatur.
Qed nesperjenzaw intensifikazzjoni tar-relazzjoni bejn il-gvern u zviluppaturi kbar, u l-ezempji ricenti ta’ Townsquare f’Tas-Sliema u l-ITS f’San Giljan u Pembroke juruna x’ghandna nistennew f’postijiet ohra fis-snin li gejjin.
Izda l-Gvern Laburista qed jipprova jbiegh holma lill-pubbliku kollu permezz ta’ weghdi elettorali, politika dghajfa li tipperemetti zvilupp kbir jew zghir u li qed iwassal ghal kostruzzjoni bla razan kemm urban kif ukoll rurali.
Il-bejgh tal-passaporti u l-importazzjoni ta’ haddiema barranin qed jipprovdu suq ghal dawn il-propjetajiet, u hekk kif il-prezzjiet tal-kirjiet u tal-bejgh qed ikunu wisq gholjin ghal persuni li ghandhom dhul baxx.
Il-politika ta’ sorveljanza permezz ta’ micro-management tal-Gvern Laburista taghti l-permessi lil min joffri lealta politika u tkun iebsa ma' min hu meqjus avversarju politiku anke jekk kollox ikun skond ir-regoli.
Izda kemm hu sostenibbli dan il-mudell ekonomiku fuq medda itwal ta’ zmien? Hemm argumenti varji li wiehed ghandu jqis. Dawn jinkludu l-pressjoni politika tal-moviment ambjentalista fis-socjeta’ civili u l-alleati tieghu, l-impatti ambjentali u fuq it-traffiku, u t-tnaqqis fid-domanda jekk jonqsu l-barranin li qed jigu jghuxi Mata.
Sa dan it-tant l-impatt kumulattiv fuq il-bliet, l-irhula u l-pajsagg rurali qed jikber, u pajjizna qed isir wisq dipendenti fuq qasam ekonomiku wiehed. Jekk u meta dan jibda’ jmajna, l-impatt ekonomiku jaf ikollu riperkussjonijiet iebsa ferm.
Ghalhekk, f’pajjizna illum ir-relazzjoni bejn zviluppaturi u l-Gvern intensifikat favur zvilulpp iperattiv. Iktar ma jkun hemm koalizzjonijiet wiesgha kontra dan, ahjar. Tajjeb ukoll li nharsu lejn ekonomija sostenibbli u diversifikata, u mhux fuq ekonomija li hu wisq dipendenti fuq settur wiehed.
Dan l-artiklu deher fil-Mument, 15-4-18