Nixtieq nitkellem dwar xi realtajiet u inugwaljanzi socjali f’pajjizna
illum.
Tajjeb inzommu f’mohhna li l-inguwaljanza socjali jista’ jkollha
forom varji. Jista’ jkollha x’taqsam ma’ fatturi ekonomici, ma’ pregudizzji,
ma’ diskriminazzjoni u ma eskluzjoni socjali ta’ gruppi varji.
Jekk niehdu d-dinja tax-xoghol bhala ezempju, naraw li
f’pajjizna hemm realtajiet kontrastanti ferm. Filwaqt li l-ekonomija qed tikber
u l-qghad u l-istatistka tal-faqar juru tnaqqis, hemm madwar 30% tal-‘working
age population’ li m’humiex qed jahdmu f’impjieg formali. Fost dawn hemm 7,000
zghazugh li mhux qed jirregistraw ghax-xoghol jew jattendu xi facilita
edukattiva.
Hemm ukoll bosta haddiema li qed jesperjenzaw zminijiet iebsa.
Huma hafna l-haddiema b’pagi baxxi u/jew b’kundizzjonijiet hziena li ma
jistghux ilahhqu ma’ l-gholi tal-hajja u li ma jistghux jitolbu ghal pagi iktar
gholjin. Dan minhabba ragunijiet bhal dik li f’xi setturi jistghu jinstabu
haddiema ohrajn minflokhom li lesti jahdmu ghal pagi iktar baxxi u ghal
kundizzjonijiet inferjuri. B’hekk jinholoq ciklu ta’ sfruttar u
kompetizzjoni ingusta bejn il-haddiema.
Hemm ukoll bosta fatturi kulturali u socjali li qed iwasslu ghal
inugwaljanzi li hafna drabi jahmdu kontra n-nisa fuq il-post tax-xoghol.
Politika li verament trid l-ugwaljanza f’dan il-qasam tizgura li n-nisa ikollhom
l-istess stima, appogg, pagi u kundizzjonijiet li ghandhom l-irgiel fuq il-post
tax-xoghol. Politika ekwa titkellem ukoll dwar ir-responsabilitajiet ta’
l-irgiel fil-familja u mat-tfal.
Ta’ min iqis ukoll li f’pajjizna huwa stmat li l-ekonomija
mohbija (underground economy) hija pjuttost kbira (25% tal-prodott gross
domestiku). Hemm diversi ragunijiet li jispjegaw l-ezistenza ta’ xoghol mhux
dikjarat. Fosthom hemm l-ezistenza xoghol prekarju b’kundizzjonijiet ta’
sfruttar li donnhom qed jaharbu mill-attenzjoni ta’ l-awtoritajiet.
Ta’ min isemmi kwistjonijiet ohra relatati ma’ l-eskluzzjoni
socjali. Fost dawn hemm is-solitudni. Paradoss ta’
zminijietna hu li filwaqt li l-bliet u l-irhuha qed jikbru, is-socjeta’ qed
tkun karattierzzata ukoll minn nuqqas ta’ sens ta’ komunita’,
individwalizazzjoni f’oqsma varji tal-hajja u nies li jhossuhom wahidhom qalb
il-folla.
Ghalhekk huwa importanti li l-politika socjali
tipprovva ssahhah il-komunitajiet fis-socjeta’. Dawn jistghu ikunu komunitajiet
lokali, fuq il-post tax-xoghol u fl-edukazzjoni, u jistghu ikunu ukoll komunitajiet ta’ persuni b’esperjenzi,
gosti jew kulturi simili. Investiment ikbar fil-kunsilli lokali, fl-ghaqdiet
non-governattivi u f’inizjattivi edukattivi, socjali u kulturali jistghu jghinu
f’dawn ir-rigward.
F’socjeta’ fejn il-partiti politici ghandhom
prezenza kbira f’oqsma varji tal-hajja, huwa importanti li tigi valorizzata politika li
temfasizza kemm il-kapital socjali, u mhux wahda li tisfrutta lil bniedem
peress ta’ processi fejn il-vot jispicca arma biex nikkompettu ma’ xulxin
ghall-privileggi. Tajjeb ukoll li l-politika tippromwovi bilanc ta’ drittijiet
u dmirijiet, biex b’hekk l-individwu ikun verament parti mis-socjeta’ ta’
madwaru.
Ghalhekk, oppozizzjoni b’sahhitha ghandha d-dmir li titkellem f’isem
dawk li qed jesperjenzaw inugwaljanza frott ta’ politika ta’ Gvern li kemm
il-darba qieghed iwarrab ir-ruh socjali.
Il-fatt li l-Gvern Laburista irid idahhal ligijiet bhal dik tas-surrogacy
juru li minkejja d-diskors li hu feminista u liberali, fil-verita’ huwa favur
politika li tmur kontra d-dinjita’ tal-persuna.
Nitxtieq nitkellem ukoll dwar kwistjoni ohra li qieghda
fuq fomm kulhadd: L-ahbarijiet li hargu mid Daphne Project: konsorzzju ta’ 45 gurnalist minn gazzetti kbar
minn 18-il pajjiz.
Huwa
car iktar minn qatt qabel li l-pozizzjonijiet ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi
m’ghadhomx tenibli u ghalhekk ghandhom jitnehhew mill-karigi taghhom ta'
ministru u Kap tal-Ufficcju tal-Prim Ministru. Ir-revelazzjonijiet mid-Daphne
Project izidu aktar evidenza mal-illegalitajiet tal-Panama Papers.
Iktar
ma’ l-Prim Ministru Joseph Muscat jibqa jiddefendi lill-Schembri u Mizzi, iktar
qed isahhahh il-kultura’ ta’ xejn m’hu xejn, il-kultura’ ta’ l-impunita fejn
hemm ligi ghall-Allat u ligi ghall-annimali.
Jidher
li l-triumvirat ta’ Muscat, Schembri u Mizzi iridu jzommu l-poter akkost ta’
kollox u ghalhekk ghandna noqoghdu attendi sabiex niddefendu l-kisbiet demokratici
li akkwistajna tul is-snin.
Ghalhekk
naghlaq biex nappella biex ikun hemm unita’ milll-forzi kollha ta’ rieda tajba sabiex
insalvaw il-pajjiz mill-iktar tmexxija korrotta li qatt kellu.
Il-poter
ta’ Muscat m’huwiex etern, u ahna ser nibqghu infakkruh b’dan il-fatt permezz
tal-vuci, tal-kitba u ta’ l-attivizmu taghna.