Sunday, May 13, 2018

Moro u Camus - Michael Briguglio


Ftit granet ilu d-dinja politika fakkret l-erbghin anniversarju mill-mewt ta’ Aldo Moro: politiku Taljan li inqatel mit-terroristi tal-Brigate Rosse minhabba l-impenn tieghu favur il-kunsens, il-kompromess u l-integrazzjoni politika.

Moro kien jappartjeni ghall-klassi ta’ politici-intelletwali li kkarraterizzaw il-politika Taljana tul is-snin. Kien jappartjeni ghall-Partit tad-Demokrazija Kristjana (DC) u serva kemm bhala Prim Ministru kif ukoll Ministru.

Fuq kollox kien medjatur pazjenti u fis-snin sebghin ippropona li fl-Italja ikun hemm ‘kompromess storiku’ bejn l-istess DC u x-xellug parlamentari, li skond hu kienet iggib l-istabilita’ politika fil-pajjiz. B’hekk id-DC tkun fic-centru ta’ koalizzjoni wiesgha u rapprezentattiva.

Kien hemm bosta li qablu ma’ din il-proposta, izda kien hemm ohrajn li opponew bil-qawwa. Dawn kienu jinkludu l-Istati Uniti u anke xellugin estremi bhall-Brigate Rosse.

Moro inhataf minn dawn ta’ l-ahhar f’Marzu tal-1978, u qatluh wara li zammewh ostagg ghall-55 gurnata.

Erbghin sena wara, Moro ghandu jservi ta’ inspirazzjoni ghal dawk fostna li nemmnu li fil-politika id-djalogu ghandu jigi qabel l-assolutizmu u t-tisbit tas-saqajn. Dawn ta’ l-ahhar igibu l-firda u jistghu iwasslu ghal politika tat-tiranijja.

Hawnhekk, l-istil ta’ Moro ifakkarni fil-kitbiet tal-hassieb Franciz Albert Camus. F’kitbiet bhar-Ribell u l-Assassini Gusti, Camus juri kemm tista’ tkun perikoluza l-politika assolutista ta’ ‘kollox jew xejn’. Dan ghaliex twebbes rasha u ma tismax ilhna ohra. Tiggustifika kull ma taghmel f’isem il-missjoni ‘storika’ taghha, u fl-ahhar twassal ghat-tiranijja. Hekk gara fil-kaz ta’ bosta revoluzzjonarji tul is-snin, li sahansitra immassakraw lil min ikkunsidraw bhala ghadu sempliciment ghax kellu opinjoni differenti.

Camus jghidilna li ribelljoni genwina hi dik moderata. Dan ghaliex taccetta li jista’ jkun hemm vucijiet differenti minn dik tar-ribell u mhux twassal ghal sistema totalitarja ta’ ‘kollox jew xejn’.

F’dan il-kuntest, hsieb assolutist li jassumi li ghandu l-monopolju tal-verita’, ghandu jqajjem suspetti kbar, ghax joqtol kull forma ta’ djalogu.



Camus kien jemmen fl-idea ta’ Ewropa maqghuda, Ewropa ibbazata fuq il-progress ekonomiku, id-demokrazija u l-paci.  Xtaq li l-Algerija – art twelidu – tibqa’ parti minn Franza, u l-istess bhal Moro, serva ta’ inspirazzjoni ghal min jemmen fil-politika tad-djalogu u l-kunsens.



Personalment nemmen f’politika ta’ djalogu u kunsens li tirrispetta d-differenzi u li tirrispetta l-processi, ir-regoli u decizzjonijiet demokratici.


Dan l-artiklu deher fil-Mument, 13 ta' Mejju 2018