Is-sajf li għadda uħud
minna żorna l-festi mal-Kap. Kull ġimgħa konna qed immorru niltaqgħu man-nies
fil-pjazez tar-raħal u fil-festa tagħhom.
Uħud minna baqgħu iżuru l-ibliet u l-irħula, ta’ kuljum, fit-toroq u fid-djar tan-nies.
Bħal ma ngħidu aħna s-soċjologi, qegħdin ‘on the ground’.
Uħud minna baqgħu iżuru l-ibliet u l-irħula, ta’ kuljum, fit-toroq u fid-djar tan-nies.
Bħal ma ngħidu aħna s-soċjologi, qegħdin ‘on the ground’.
Intom, in-nies li ltqajtu magħna, ilqajtuna u fdajtuna bl-istejjer u
t-tħassib tal-ħajja ta' kuljum tagħkom filwaqt li aħna smajnikhom.
Għidtulna kif tixtiequ li aħna nagħmlu dak li hu sewwa.
Bħal dak l-arkitett li ltqajt magħha li xogħlha kien li tivverifika li
jkun sar żvilupp kif suppost.
Kellha kuraġġ biżżejjed li titkellem meta x-xogħol ma sarx sew.
U ta' dan tawha transfer u kellha titlaq xogħolha maċ-ċivil.
Kellha kuraġġ biżżejjed li titkellem meta x-xogħol ma sarx sew.
U ta' dan tawha transfer u kellha titlaq xogħolha maċ-ċivil.
U sorpriżi meta tisimgħu dan?
Diżappuntati iva, imma daż-żmien m'intomx sorpriżi.
Għax issa tafu li jekk lanqas biss ikunu onesti magħna fuq sempliċi kont tad-dawl, mela din mhux klikka li tippremja l-onestà.
Diżappuntati iva, imma daż-żmien m'intomx sorpriżi.
Għax issa tafu li jekk lanqas biss ikunu onesti magħna fuq sempliċi kont tad-dawl, mela din mhux klikka li tippremja l-onestà.
Din hi klikka li tippremja
l-qerq, anki meta l-qerq tagħhom jinkixef bil-provi.
U f'nofs dil-kultura ta' korruzzjoni, intom xorta tagħżlu li tagħmlu s-sewwa.
Din tagħlima kbira għalina lkoll.
U f'nofs dil-kultura ta' korruzzjoni, intom xorta tagħżlu li tagħmlu s-sewwa.
Din tagħlima kbira għalina lkoll.
Għidtulna kemm hi importanti għalikom il-familja.
Għidtulna nħarsu l-ambjent fil-politika tagħna, u kemm ser tpatti l-familja tagħkom jekk dan ma jsirx.
Għidtulna nħarsu l-ambjent fil-politika tagħna, u kemm ser tpatti l-familja tagħkom jekk dan ma jsirx.
Bħall-familja li d-dar tagħha nzertat ħdejn produttur illegali
tas-siment u jkollha tghix bl-istorbju u t-trab kuljum.
Qed titlob ħafna dil-familja?
Sorpriżi li l-liġi mhux qed tiġi infurzata?
Qed titlob ħafna dil-familja?
Sorpriżi li l-liġi mhux qed tiġi infurzata?
Issa ma nistennew xejn aħjar, għax il-klikka qed teqred l-ambjent
tagħna, u allura għalfejn ser jimpurtahom?
Fuq kollox, jekk huma stess jagħlqu għajnejhom għall-inġustizzja, għalfejn għandhom jiġġieldu kontriha?
Qsamtu magħna realtà differenti minn dik li jridu juruna huma.
Bħal dak ir-raġel marid li jgħix m'ommu anzjana.
Ftit tal-ġranet oħra ser jitkeċċew minn fejn jgħixu, filwaqt li l-klikka ħliet ħames snin mingħajr ma’ bniet blokka waħda tal-housing soċjali.
Bħal dak ir-raġel marid li jgħix m'ommu anzjana.
Ftit tal-ġranet oħra ser jitkeċċew minn fejn jgħixu, filwaqt li l-klikka ħliet ħames snin mingħajr ma’ bniet blokka waħda tal-housing soċjali.
Xtaqt naqsam magħkom dar-realtajiet li rajt fiż-żjarat tiegħi fid-djar,
fit-toroq, fl-irħula tagħna.
Meta nkellem lill-uffiċjali
onesti fiċ-ċivil jidher li ma nkunx qed inħabbat fuq
il-bieb it-tajjeb.
Forsi l-klikka jistennewni mmur inħabbat fuq il-bieb tagħhom u ta' sħabhom - dawk li tawhom art pubblika biex jibnu taparsi università fiż-Żonqor.
Jew biex itellghu torri sproporzjonat fuq art pubblika f’Pembroke.
Jew saħansitra biex jipparkjaw tanker korrot fil-bajja ta' Marsaxlokk.

Kieku mort għandhom, kienet tkun storja ohra:
Hemmhekk kont insibu l-aqwa żmien;
Izda jien ippreferejt inkun viċin iż-żgħir minflok.
Hemmhekk kont insibu l-aqwa żmien;
Izda jien ippreferejt inkun viċin iż-żgħir minflok.
Ghazilt li nisma' l-qanpiena tan-nies f’Tas-Sliema,
fil-Floriana, f’Raħal Ġdid, f’Birżebbuġa, fin-Naxxar u f’tant
lokalitajiet oħra.
Ma dortux mal-lewża u għidtulna li rridu
nirbhuha l-fiducja taghkom.
U hekk għandu jkun.
U hekk għandu jkun.
U hu għalhekk li issa hu l-waqt it-tajjeb biex inkun hawn
bhala l-kandidat tagħkom ghall-Parlament
Ewropew ma’ sħabi l-oħra.
U għalhekk issa l-waqt biex il-Partit
Nazzjonalista jingħaqad f'leħen wieħed.
Hekk jitlolbu id-demokrazija, ir-rispett u r-rieda tajba.
Hekk jitlolbu id-demokrazija, ir-rispett u r-rieda tajba.
Irridu nirbħu l-fiduċja tagħkom biex inkunu
nistgħu nitkellmu għal dawk kollha,
anki dawk Laburisti, li jagħmlu dak li hu
sewwa, li qed isofru l-inġustizzja u li m’humiex qed jghixu
l-aqwa zmien.
Il-fiduċja li tagħtuna ġġorr magħha responsabbiltà
kbira.
Il-gvern għandu kull setgħa li jġib il-bidla izda naqas li
jaghmel dan.
Iżda intom għandkom is-setgħa tagħmlu għażla differenti.
U meta taghzlu, meta tafdawna, inweghdkom, inwegħdukom li, kemm
f'Malta kif ukoll fl-Unjoni Ewropea mhux ser ngħaddukom
biż-żmien.
Ser inkunu l-leħen tagħkom - in-nies ta'
rieda tajba.