Bosta
anzjani huma membri ta’ familja, ġenituri, nanniet u zijiet. Ħafna jieħdu ħsieb
lil ħaddieħor, minn anzjani oħra sa tfal fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom. Hemm
ukoll numru sostanzjali ta’ anzjani li jagħmlu xogħol volontarju: Min f’xi għaqda
jew istituzzjoni, min fil-komunita’, u min billi jgħin lil ħaddieħor b’sens
ċiviku. Jaqsmu l-erf, l-esperjenza u l-maturita’ tagħhom ma’ ħaddieħor.
Dan
ix-xogħol m’huwiex ikluz f’ċifri uffiċjali bħall-Prodott Gross Domestiku. Kemm
il-darba huwa inviżżibli fl-istatistika ekonomika. Kemm il-darba huwa
inviżibbli ukoll mid-diskors jew kunsiderazzjonijiet politiċi.
Iżda
tista’ timmaġina s-soċjeta’ tagħna mingħajr dan ix-xogħol? Mingħajr dik
in-nanna li b’tant imħabba tieħu ħsieb lin-neputijiet u timlihom b’imħabba, jew
mingħajr dak in-nannu li jilgħab magħhom b’entużjażmu? Mingħajr dak il-politiku
għaref li jagħti l-pariri frott l-esperjenza tiegħu? Mingħajr dik l-eks
għalliema li taqsam l-erf tagħha f’xi għaqda non-governattiva? Mingħajr dak
l-eks ħaddiem li ta’ kuljum jagħmel is-sagrifiċċji għall-familja tiegħu?
Kemm
il-darba, l-anzjani jagħmlu xogħol ‘emozzjonali’ u ‘inviżibbli’ li ma jingħatax
ir-rikonixximent li jixraqlu. Iżda nafu li dan ix-xogħol hu bla prezz. Għalhekk,
l-anzjani m’humiex il-vuċijiet tal-bieraħ, iżda huma protagonisti fil-soċjeta’
ta’ kuljum. U ta’ dan nirringrazzjawhom u għandna nroddu lura rispett, biex
verament ikollna soċjeta’ li jimpurtaha.