L-Oppożizzjoni Nazzjonalista offriet l-id tal-ħbiberija lill-Gvern Laburista biex id-deal dwar sptarijiet tal-poplu jitwaqqaf. Dan id-deal xejn ma jfuħ, u ġie kritikat minn setturi varji tas-soċjeta' Maltija. Il-Gvern għandu opportunita' li jaħdem għal kunsens nazzjonali dwar l-isptarijiet. U l-Oppożizzjoni, bħala l-uniku forza li tista tkun gvern alternattiv, qed twettaq dmirha fl-istituzzjonijiet bħall-Parlament u l-Qrati biex tiddefendi l-ġid komuni. F'dawn l-okkażjonijiet infakkar li l-għaqda ġġib is-saħħa.