Għandna nkunu kburin li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (l-WHO) faħħret lil Malta għall-mod kif qed taħdem fil-ġlieda kontra l-COVID-19. Jidher li pajjiżna qed jimxi skont il-parir xjentifiku fil-qasam tas-saħħa. Grazzi lill-Awtoritajiet, esperti u ħaddiema konċernati. Tajjeb li nibqgħu insegwu l-parir ta' l-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Sa dan it-tant, nemmen li fl-aspetti soċjali, ekonomiċi u politiċi, ikun għaqli li f'dan il-mument, pajjiżna jinvesti iktar f'patt bejn il-Gvern, l-Oppożizzoni, is-sħab soċjali, is-soċjeta' ċivili fis-sens wiesgħa tagħha u l-esperti. Għandu jkun hemm proċess ta' djalogu u deliberazzjoni demokratika infurmati mill-evidenza xjentifika, inkluż dik soċjo-xjentifika.
Dan sabiex kemm jista' jkun ħadd ma jibqa' lura, u li l-pluralita' ta' individwi, gruppi, organiżżazjonijiet u komunitajiet ikunu parteċipi u soċji fil-gwerra inviżibbli li lkoll qed ngħixu.
Sunday, March 29, 2020
Friday, March 27, 2020
#Ħsibijiet (21) L-Isptarijiet pubbliċi u l-ġid komuni
Bħalissa qegħdin ngħixu żmien straordinarju fil-gwerra kontra l-għadu inviżibli tal-coronavirus. F'blogs preċedenti jien appellajt biex il-Gvern, l-Oppożizzoni, is-Sħab Soċjali, is-Soċjeta' Ċivili fis-sens wiesgħa tagħha u l-esperti jaħdmu flimkien f'Patt Soċjali.
Sa dan it-tant, tajjeb inżommu f'moħħna il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament u fil-Qorti dwar il-kontroversja tal-bejgħ ta' sptarijiet pubbliċi. Tajjeb inżommu f'moħħna li l-Gvern qed iħallas miljuni ta' Ewro mit-taxxi tal-poplu għal servizz baħħ, b'nuqqas ta' trasparenza. S'issa l-Vitals u Steward ħadu mal-240 miljun Ewro u l-poplu ma ħa xejn.
Illum qed nikkonfermaw kemm il-kampanja tal-PN dwar l-isptarijiet pubbliċi hija importanti għall-pajjiż.
Malta ta' spiss ikollha koalizzjonijiet bejn vuċijiet differenti dwar issues varji. Bl-istess mod, jeħtieġ li fil-kwistjoni ta' l-isptarijiet pubbliċi inpoġġu l-ġid komuni qabel dak settarju.
Sa dan it-tant, il-PN qed jaqdi d-dmir tiegħu biex id-deal tal-Vitals jiġi annullat fl-interess nazzjonali u soċjali.

Wednesday, March 25, 2020
#Ħsibijiet (20) #Coronavirus - Il-Patt Soċjali jista' jkun iktar inklussiv
Il-miżuri ekonomiċi li ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela l-bieraħ huma pożittivi u għandhom l-appoġġ ta' l-isħab soċjali msieħba fl-MCESD. Jolqtu lis-setturi meqjusa bħala l-iktar milqutin mill-impatt tal-Coronavirus u jipprovdu injezzjoni ekonomika importanti kontra riskji imminenti.
Iżda hemm setturi li għalkemm mhux milquta bl-iktar mod dirett, xorta qed jesperjenzaw inċertezzi u diffikultajiet. Hemm ħaddiema b'xogħol prekarju, ħaddiema full-time u part-time, self-employed u imprendituri li forsi m'għandhomx rappreżentanza daqshekk b'saħħitha fl-MCESD. Għalhekk tajjeb li l-Gvern jisma l-vuċi tagħhom ukoll.
Tajjeb li l-Gvern jikkunsidra proposti bħal dik ta' l-Oppożizzjoni dwar traħħis fil-kont tad-dawl u l-ilma u li jinvestiga realtajiet soċjali (u mhux neċessarjament ekonomiċi) ta' gruppi u persuni li m'humiex daqshekk viżibli fuq il-meżżi tax-xandir jew fil-kuruturi tal-poter.
Filwaqt li huwa mportanti li l-Gvern ikun għaqli bil-fondi pubbliċi u li jipprattika politika ta' saħħa ibbażata fuq l-evidenza, huwa tajjeb ukoll li l-Gvern jaddotta metodi fejn jiżgura l-messaġġ jasal u li ħadd ma jibqa lura fil-gwerra kontra l-coronavirus. Hawhekk, l-evidenza soċjali għandha rwol importanti ħafna.
Għalhekk, nerġa ntenni li patt soċjali għandu jikkonsisti minn proċess kontinwu fejn il-Gvern, l-Oppożizzoni, is-Sħab Soċjali, is-Soċjeta' Ċivili fis-sens wiesgħa tagħha u l-esperti jaħdmu flimkien permezz ta' istituzzjonijiet bħall-Parlament, MCESD, MEUSAC, l-Universita', l-istituzzjonijiet Ewropej u globali u l-WHO.
Jista' jkun hemm think tanks nazzjonali li jiddeliberaw u jipproponu dwar oqsma varji. B'hekk il-patt soċjali ikun iktar inklussiv.

Monday, March 23, 2020
#Ħsibijiet (19) #Coronavirus - Jeħtieġ pjan ekonomiku għal Malta
Huwa evidenti li l-mini-budget propost mill-Gvern m'huwiex biżżejjed biex jilqa' għall-isfidi ekonomiċi li pajjiżna qed jiffaċċja.
Hemm ħafna persuni foqra, ħaddiema, self-employed u imprendituri li qed jaraw dlam ekonomiku quddiemhom. Dan apparti l-anzjetajiet ta' saħħa kawża tal-Coronavirus.
Pajjiżna jeħtieġ pjan ekonomiku nazzjonali, patt soċjali, fejn il-Gvern, l-Oppożizzoni, is-Sħab Soċjali, is-Soċjeta' Ċivili fis-sens wiesgħa tagħha u l-esperti jaħdmu flimkien permezz ta' istituzzjonijiet bħall-Parlament, MCESD, MEUSAC, l-Universita' u l-istituzzjonijiet Ewropej, fejn ikun hemm deliberazzjoni dwar injezzjoni ekonomika li tilqa' kemm jista' jkun għar-riskji u inċertezzi li pajjiżna għandu quddiemu. Il-politika proposta għandha tkun ibbażata fuq l-evidenza, u mhux fuq slogans jew ċifri ta' malajr.
Hemm bżonn li jittieħed l-ewwel pass, b'umilita' u b'kuraġġ, biex il-ħidma flimkien tibda mill-iktar fis.

Saturday, March 21, 2020
Malta ranks 53rd in 2020 Democracy Report
Varieties of Democracy (V-DEM) is a team of over 50 social
scientists on six continents. It works with more than 3,000 country
experts and a truly global International
Advisory Board. Its headquarters is based at the V-Dem Institute, the Department of Political Science at the University of Gothenburg, Sweden.
The following
are the main findings of its 2020 Democracy Report ‘Autocrization Surges –
Resistance Grows’:
·
- Autocratization –
the decline of democratic traits – accelerates in the world: for the first
time since 2001, autocracies are in the majority: 92 countries – home to 54% of
the global population. Almost 35% of the world’s population live in
autocratizing nations – 2.6 billion people.
· - EU has its first
non-democracy as a member: Hungary is now classed as an electoral authoritarian
regime.
· - Major G20 nations
and all regions of the world are part of the “third wave of
autocratization”: autocratization is affecting Brazil, India, the United States
of America, and Turkey, which are major economies with sizeable
populations, exercising substantial global military, economic, and
political influence. Latin America is back to a level last recorded in the
early 1990s while Eastern Europe and Central Asia are at post-Soviet Union
lows. India is on the verge of losing its status as a democracy due to the
severely shrinking of space for the media, civil society, and the
opposition under Prime Minister Modi’s government.
· - Pro-democracy
resistance grows from 27% in 2009 to 44% in 2019 amidst the
autocratization surge. During 2019, citizens in 29 democracies mobilized
against autocratization, such as in Bolivia, Poland, and Malawi. Citizens
staged mass protests in 34 autocracies, among them Algeria, Hong Kong, and Sudan.
Malta:
Malta is ranked 53rd overall out of 179 countries,
within the top 20-30%. It falls under the 2nd category – ‘Electoral
Democracy’, rather than 1st category ‘Liberal Democracy’. The lowest
ranked countries are found within the ‘Electoral Autocracy’ and ‘Closed Autoracy’
categories.
Malta ranks 44th in Electoral Democracy index, 81st
in Liberal Component Index, 54th in Egalitarian Component Index, 12th
in Participatory Component Index and 55th in Deliberative Component
Index.
(Compared to 2009, countries with overlapping confidence
intervals, including Malta, are statistically indistinguishable, even if 2019 score
is lower).
The full report can be read here.
Friday, March 20, 2020
#Ħsibijiet (18): Patt Soċjali kontra l-#Coronavirus
Malta teħtieġ Patt Soċjali kontra l-coronavirus.
Il-Parlament u l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) għandhom jiddiskutu f'konsultazzjoni wiesgħa biex fejn hemm bżonn jitjieb il-pakkett finanzjarju li ppropona l-Gvern iktar kmieni din il-ġimgħa. Bl-istess mod, għandu jkun hemm konsultazzjoni wiesgħa għall-aspetti oħra li jintlaqtu mis-sitwazzjoni preżenti, fosthom diversi realtajiet soċjali.
F'dan il-mument storiku u ta' inċertezza, jeħtieġ li jkun hemm l-ikbar kunsens possibbli u 'sense of ownership' għad-deċiżżjonijiet nazzjonali, fejn il-pajjiż jagħmel l-almu tiegħu biex ħadd ma jibqa' lura.
Dan il-patt jeħtieg djalogu strutturat li jikkonsisti mill-parir espert, il-pluralita' ta' vuċijiet soċjali u kritika kostruttiva fejn hemm bżonn. B'hekk, it-teħid tad-deċiżjonijiet ikun sar bl-iktar mod infurmat u trasparenti f'parametri demokratiċi.
Fl-istess ħin, importanti li l-messaġġ ta' l-Awtorita' tas-Saħħa jasal f'kull rokna ta' pajjiżna u ma jiġix imfixkel minn fake news, sensazzjonaliżmu jew protagoniżmu.
Ejjew inkunu soċjeta' waħda fil-gwerra kontra l-coronavirus.

Thursday, March 19, 2020
Coronavirus and policy quandaries - Michael Briguglio
Coronavirus - In this article in the Malta Independent I discuss various factors which policy makers need to take into account when tackling the current crisis.
You can read the article here:
https://www.independent.com.mt/articles/2020-03-19/blogs-opinions/Coronavirus-and-policy-quandaries-6736221007

Wednesday, March 18, 2020
#Ħsibijiet (17) - #Coronavirus - Soċjeta' Waħda
Dawn iż-żminijiet huma ta' diffikulta' għal kulħadd. Ma nafux kemm ser nibqgħu f'din is-sitwazzjoni u ma nafux kif ser tiżvolġi. Qisna qed ngħixu gwerra inviżibbli.
F'mumenti storiċi bħal dawn nemmen li l-Gvern, l-Oppożizzjoni, il-Korpi Kostitwiti u s-soċjeta' ċivili fis-sens wiesgħa tagħha (volontarjat, akkademja, għaqdiet non-governattivi eċċ) għandhom jaħdmu flimkien permezz ta' struttura wiesgħa li tista' tinkorpora fost oħrajn il-Parlament, l-MCESD u l-MEUSAC fil-parametri tad-demokrazija Maltija.
Dan mhux żmien ta' slogans li jiġu sparati bl-addoċċ, b'nuqqas ta' evidenza, fuq il-media soċjali. Huwa żmien fejn il-parir professjonali, kemm mediku kif ukoll dak f'oqsma bħax-xjenzi soċjali huwa ta' importanza kbira sabiex il-Gvern jasal għall-aħjar deċizzjonijiet possibbli, kemm mediċi kif ukoll soċjo-ekonomiċi.
Għandu jkun hemm deliberazzjoni u djalogu strutturat sabiex bħala soċjeta' waħda infasslu flimkien il-politika meħtieġa għal din is-sitwazzjoni u fejn kulħadd jagħmel il-parti tiegħu f'sens ta' ġustizzja soċjali.
Tislima lil dawk li qegħdin fir-ringiela ta' quddiem fil-ġlieda kontra l-coronavirus.

Sunday, March 15, 2020
#Ħsibijiet (16) #Coronavirus, lockdown u komunikazzjoni
Qed naqraw ħafna opinjonijiet dwar x'għandu jagħmel il-Gvern dwar il-Coronavirus. Hemm opinjonijiet ta' korpi kostitwiti, politiċi, esperti f'oqsma varji, u oħrajn ta' min hu inqas espert iżda forsi iktar ħerqan li jidher fuq il-facebook. Hemm ukoll opinjonijiet u mġieba li mhux neċessarjament qed ikunu riflessi fuq il-media soċjali. Personalment, nippreferi noqgħod fuq parir espert milli nispara opinjoni fuq il-facebook.
F'dan ir-rigward, il-kollega Prof Victor Grech (li illum ġie ikkwotat fil-Malta Today) jagħti tagħrif importanti dwar il-kwistjoni tal-lockdown, f'kuntest fejn is-social distancing huwa pjuttost wiesgħa. Link: http://ithams.com/covid19/index.html
Essenzjalment, il-parir ta' Prof Grech hu li fl-assenza ta' vaċċin, aħjar ikun hemm miżuri iebsa iżda inqas estremi bħal social distancing, li jnaqqsu l-veloċita' tal-firxa tal-coronavirus b'mod li l-isptarijiet ilaħħqu mad-domanda, milli lockdown prematur li jista' jwassal għall-ottimiżmu żejjed u firxa ġdida tal-virus iktar tard hekk kif is-sanzjonijiet jitneħħew. Grech jgħid li lockdown uffiċjali għandu jkun irrakomandat mill-esperti u jitwettaq fl-iktar ħin opportun.
Huwa importanti li opinjonijiet oħra u differenti fuq din il-kwistjoni ikunu kwalifikati u bbażati fuq l-evidenza, u li l-Gvern itihom l-importanza li jixirqilhom. Qed nitkellmu dwar l-immaniġġjar tar-riskji, u mhux dwar bakketta maġika li ssolvi kollox jew kompetizzjoni ta' slogans.
Fl-istess ħin, il-komunikazzjoni uffiċjali ta' l-awtoritajiet għandha jkollha firxa kemm jista' jkun wiesgħa. Għandha tkun miftiehma minn nies u gruppi differenti f'soċjeta' diversifikata, mhux biss minn dawk li għandhom ċertu livell ta' edukazzjoni, jew li jaraw it-televiżjoni, il-facebook, il-gażżetti, li jifhmu bil-Malti u li huma integrati fis-soċjeta'. Biex nagħti eżempju: L-awtoritajiet qed jikkomunikaw ma' turisti li qed iġibu ruħhom qisu xejn m'hu xejn?
Il-ġlieda kontra l-Coronavirus, għalkemm medika, hi relatata ma' aspetti oħrajn bħal dawk komunikattivi, soċjali, ekonomiċi, politiċi u kulturali fost oħrajn.
Dan għandu jkun żmien ta' għaqda nazzjonali u mhux ta' tfettieq, pika jew sensazzjonaliżmu.

Thursday, March 12, 2020
#Ħsibijiet (15) #Coronavirus u saħħa mentali
Huwa ċar li hemm livell għoli ta' ansjeta' kaġun tal-Coronavirus.
Jista' jkun li hemm min qiegħed ibagħti iktar, minħabba li diġà isofri minn ansjeta', ossessjonijiet, dipressjoni jew kundizzjonijiet oħra li jaffetwaw is-saħħa mentali. Jista' jkun hemm min ibagħti minn mard jew kundizzjonijiet fiżiċi u allura għandu biża' li jista' jkun iktar fraġli fil-konfront tal-Coronavirus.
Kuraġġ. Teżisti l-għajnuna hemm barra. Hemm professjonisti fis-saħħa mentali li jistgħu ikunu ta' għajnuna kbira. Lesti jisimgħuk. M'intix waħdek. Jekk forsi tistħi jew tibża' tmur għand xi psikologu jew psikjatra forsi tista' tkellem lit-tabib tal-familja jew lil xi ħadd midħla ta' dan il-qasam u jkun hu li jtik parir għand min tmur.
Kuraġġ.
Monday, March 09, 2020
#Ħsibijiet (14) #Coronavirus - Parir dwar l-informazzjoni
#Coronavirus - M'hijiex il-marda biss li għandha firxa globali, iżda anke t-tagħrif dwarha. Fost dawk li jxerdu l-informazzjoni, hemm bosta sajjieda tal-likes fuq il-media soċjali li jispeċjaliżżaw fl-eżaġerazzjoni. 'Influencers' li jispekulaw li ġejja l-apokalissi, u oħrajn li jipprovaw jirridikolaw is-serjeta' tal-marda.
Fis-Soċjoloġija nirreferu għal dawn in-narrattivi differenti, min dik l-iktar xjentifika sa dik l-iktar banali bħala l-kostruzzjoni soċjali tar-realta'. Billi hemm ilħna varji ma tfissirx li huma kollha ekwi jew ta' min joqgħod fuqhom. Iżda kultant aħbar sensazzjonali tbiegħ iktar minn waħda moderata. Għalhekk tajjeb ikollna l-kapaċita li nagħrblu sew għall-informazzjoni u li ma nintilfux f'labirinti ta' ansjeta'.
F'nofs din it-turbulenza ta' informazzjoni, parir wieħed biss nagħti. Oqgħod fuq informazzjoni li ġejja minn sorsi stabbiliti u li huma bbażati fuq l-evidenza. Dawn jinkludu:
-Il-World Health Organisation
-European Centre for Disease Prevention and Control
-L-Awtoritajiet tas-Saħħa
-Għaqdiet professjonali bħall-Medical Association of Medics u Malta Union of Midwives and Nurses
-Pubblikazzjonijiet xjentifiċi, gazzetti u mezzi tax-xandir stabbiliti, u mhux dawk li jfaqqsu f'mumenti kontroversjali biex ibiegħu aħbarijiet sensazzjonali
-Esperti kwalifikati, u mhux 'self-appointed'
-Fuq il-Facebook, il-paġna uffiċjali tal-Gvern dwar il-Coronavirus b'tagħrif regolari:
https://www.facebook.com/covid19malta
-Fuq il-Facebook, il-Malta Association of Public Health Medicine għandha din il-paġna b'tagħrif regolari:
https://www.facebook.com/groups/covid19malta/
-Fuq il-Facebook, il-Health Promotion and Disease Prevention Directorate għandu din il-paġna b'tagħrif regolari:
https://www.facebook.com/HPDPMalta

Thursday, March 05, 2020
Is Malta facing a political rupture? - Michael Briguglio
Fellow sociologist Godfrey Baldacchino recently argued that Malta may be heading towards a one-party democracy. In this article in the Malta Independent I engage with this hypothesis and query whether Malta is on the verge of a political rupture.
Link to article:
https://www.independent.com.mt/articles/2020-03-05/blogs-opinions/Is-Malta-facing-a-political-rupture-6736220384

Picture ref: https://en.wikipedia.org/wiki/Elections_in_Malta |
Subscribe to:
Posts (Atom)