Monday, March 09, 2020

#Ħsibijiet (14) #Coronavirus - Parir dwar l-informazzjoni

#Coronavirus - M'hijiex il-marda biss li għandha firxa globali, iżda anke t-tagħrif dwarha. Fost dawk li jxerdu l-informazzjoni, hemm bosta sajjieda tal-likes fuq il-media soċjali li jispeċjaliżżaw fl-eżaġerazzjoni. 'Influencers' li jispekulaw li ġejja l-apokalissi, u oħrajn li  jipprovaw jirridikolaw is-serjeta' tal-marda.

Fis-Soċjoloġija nirreferu għal dawn in-narrattivi differenti, min dik l-iktar xjentifika sa dik l-iktar banali bħala l-kostruzzjoni soċjali tar-realta'. Billi hemm ilħna varji ma tfissirx li huma kollha ekwi jew ta' min joqgħod fuqhom. Iżda kultant aħbar sensazzjonali tbiegħ iktar minn waħda moderata. Għalhekk tajjeb ikollna l-kapaċita li nagħrblu sew għall-informazzjoni u li ma nintilfux f'labirinti ta' ansjeta'.

F'nofs din it-turbulenza ta' informazzjoni, parir wieħed biss nagħti. Oqgħod fuq informazzjoni li ġejja minn sorsi stabbiliti u li huma bbażati fuq l-evidenza. Dawn jinkludu:

-Il-World Health Organisation
-European Centre for Disease Prevention and Control
-L-Awtoritajiet tas-Saħħa
-Għaqdiet professjonali bħall-Medical Association of Medics u Malta Union of Midwives and Nurses
-Pubblikazzjonijiet xjentifiċi, gazzetti u mezzi tax-xandir stabbiliti, u mhux dawk li jfaqqsu f'mumenti kontroversjali biex ibiegħu aħbarijiet sensazzjonali
-Esperti kwalifikati, u mhux 'self-appointed'

-Fuq il-Facebook, il-paġna uffiċjali tal-Gvern dwar il-Coronavirus b'tagħrif regolari:
https://www.facebook.com/covid19malta

-Fuq il-Facebook, il-Malta Association of Public Health Medicine għandha din il-paġna b'tagħrif regolari:
https://www.facebook.com/groups/covid19malta/

-Fuq il-Facebook, il-Health Promotion and Disease Prevention Directorate għandu din il-paġna b'tagħrif regolari:
https://www.facebook.com/HPDPMalta