F'dan il-mument storiku u ta' inċertezza, jeħtieġ li jkun hemm l-ikbar kunsens possibbli u 'sense of ownership' għad-deċiżżjonijiet nazzjonali, fejn il-pajjiż jagħmel l-almu tiegħu biex ħadd ma jibqa' lura.
Dan il-patt jeħtieg djalogu strutturat li jikkonsisti mill-parir espert, il-pluralita' ta' vuċijiet soċjali u kritika kostruttiva fejn hemm bżonn. B'hekk, it-teħid tad-deċiżjonijiet ikun sar bl-iktar mod infurmat u trasparenti f'parametri demokratiċi.
Fl-istess ħin, importanti li l-messaġġ ta' l-Awtorita' tas-Saħħa jasal f'kull rokna ta' pajjiżna u ma jiġix imfixkel minn fake news, sensazzjonaliżmu jew protagoniżmu.
Ejjew inkunu soċjeta' waħda fil-gwerra kontra l-coronavirus.