L-Anti Poverty Forum, li tinkorpora tlettax-il għaqda mis-soċjeta ċivili, ġibdet l-attenzjoni dwar diversi forom ta' faqar li qed jiġu esposti f'Malta waqt il-kriżi tal-Coronavirus.
Il-Forum qed jirrakomanda li jitwaqqaf Istitut ta’ Riċerka kompetenti biex jimmonitorja kwistjonijiet relatati mal-faqar u jagħti rakkomandazzjonijiet bikrija biex jinbidlu l-policies sabiex l-impatt tal-pandemija fuq il-vulnerabbli ikun imnaqqas kemm jista’ jkun malajr. Tista taqra iktar hawnhekk: https://netnews.com.mt/2020/04/20/ghandu-jitwaqqaf-istitut-ta-ricerka-anti-poverty-forum/
Pajjiżna tabilħaqq għandu bżonn dawn it-tip ta' strutturi biex jipprovdu evidenza soċjo-xjentifika u rakomandazzjonijiet għal politika inklussiva.
Bl-istess mod, nemmen li għandu jkun hemm patt soċjali li jikkonsisti minn proċess kontinwu fejn il-Gvern, l-Oppożizzoni, is-sħab soċjali, is-soċjeta' ċivili fis-sens wiesgħa tagħha u l-esperti jaħdmu flimkien fil-gwerra konta l-Coronavirus.