Dalgħodu, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci saħqet li xorta għadna fi stat ta’ emerġenza ta’ saħħa pubblika u li billi ngħata l-permess biex ċertu ħwienet jerġgħu jiftħu l-bibien, ma jfissirx li issa kulħadd jista’ jibda joħroġ barra. Prof Gauci qalet li jekk isir hekk, il-virus se jinfirex.
Prof Gauci qalet li l-miżuri li ġew rilaxxmati huma dawk li se jkollhom impatt baxx, u għadu mhux il-waqt li jinfetħu l-knejjes għall-quddies jew li t-tfal jittieħdu l-bandli. Saħqet li l-awtoritajiet ser jagħtu 3 ġimgħat ċans biex jaraw x’inhu l-impatt tal-miżuri l-ġodda, imbagħad jiġi evalwat il-pass li jmiss.
Naħseb li huwa importanti ħafna li Prof Gauci qalet dan il-kliem għax xi kultant qed ikun hemm messaġġi mħalta u interpretazzjonijiet differenti ta' messaġġi tal-Gvern u l-Awtoritajiet.
Għalhekk insaqsi lill-Gvern:
- Kif saret id-deċiżżjoni dwar il-ħwienet?
- Saret konsultazzjoni, u min ġie kkonsultat?
- Fuq liema bażi ittieħdet din id-deċiżżjoni?
- Kif ser issir l-analiżi ta' l-impatti fit-3 gimgħat li ġejjin, min ser jagħmilha u b'liema metodoloġiji?
Napprezza li kwaluknwe gvern ikollu jibbilanċja bejn prioritajiet differenti fit-teħid tad-deċiżżjonijiet u li ma jeżistux soluzzjonijiet maġiċi jew sempliċi. Naprezza ukoll li hemm kunsiderazzjonijiet bħal dawk ta' saħħa, dawk soċjali u dawk ekonomiċi.
Iżda fl-istess ħin ikun ferm iktar għaqli jekk il-proċess ikun trasparenti, konsultattiv u bbażat fuq l-evidenza.