Monday, May 04, 2020

#Ħsibijiet (36) Maskri u Visors: Il-Gvern reġa' ma kkonsultax

Il-Kamra ta' l-Ispiżjara qalet li ma ġietx ikkonsultata dwar li-avviż legali dwar il-maskri u l-visors meta huma stakeholders importanti. Il-poplu Malti ġie avżat l-ewwel darba dwar id-deċiżżjoni tal-Gvern permezz ta' post fuq il-Facebook tal-Ministru Silvio Schembri. 
Tajjeb inżommu f'moħħna li spiżjara u ħaddiema fl-ispiżeriji qed joffru servizz importanti lill-pubbliku, u bħall ħaddiema f'setturi oħra bħas-saħħa, sigurta', tindif u ikel, qegħdin fuq il-fruntiera tal-gwerra kontra l-Coronavirus.  
Kif diġa spjegajt f'numru ta' blogs, artikli f'The Malta Independent u interventi fuq Net FM, huwa ċar li filwaqt li jidher l-Gvern għandu strateġija ta' saħħa ibbażata fuq l-evidenza, l-istess ma jistax jingħad dwar l-istrateġiji tal-Gvern fl-oqsma ekonomiċi u soċjali. Il-Gvern mhux qed jispjega kif qed jasal għad-deċiżżjonijiet tiegħu f'dawn is-setturi. Qed ikun reattiv, u nieqes mill-konsultazzjoni ma' l-Oppożizzjoni, mas-sħab soċjali, mas-soċjeta' ċivili fis-sens wiesgħa tagħha u ma' l-esperti.


Nerġa nappella għal politika ta' deliberazzjoni ibbażata fuq il-konsultazzjoni, evidenza u djalogu, u mhux politika għaġġelija u supperva.