Tuesday, May 12, 2020

#Ħsibijiet (40): #Coronavirus: Noqogħdu attenti mit-tieni mewġa

Il-Malta Independent, f'intervista ma' l-Istatisktu Vince Marmara, tirraporta li din il-ġimgħa hija estremament importanti biex Malta tkun tista' tkejjel l-impatt tal-miżuri li ħabbar il-gvern ftit tal-ġranet ilu, li inkludew il-ftuħ ta' bosta ħwienet. 

Nittamaw li l-evidenza tkun waħda ta' kuraġġ. 

Sa dan it-tant, Time Magazine jirraporta li pajjiżi bħall-Korea t'Isfel u l-Ġermanja qed jesperjenzaw żidiet ta' każijiet tal-Coronavirus wara li rrilassaw numru ta' miżuri. Dan jindika kemm hi diffiċli s-sitwazzjoni, fejn Gvernijiet qed għandhom quddiemhom sfidi ta' saħħa kif ukoll dawk ekonomiċi u soċjali. 

Għalhekk għandna noqogħdu attenti mit-tieni mewġa. Kemm fuq livell personali kif ukoll fuq livell ta' policy-making. Tajjeb infakkru li l-Oppożizzjoni qed toffri l-id tal-ħbiberija lill-Gvern biex ikollna l-ikbar kunsens u għaqal possibli fil-politika nazzjonali f'dan ir-rigward. 

Links: