Tuesday, May 12, 2020

#Ħsibijiet (41): #Coronavirus u Xogħol Prekarju

Skont il-Eurostat, is-sitwazzjoni tal-Coronavirus tista' twassal għal tibidil fl-istatistika tax-xogħol prekarju madwar l-Unjoni Ewropea. 

Skont l-istess Eurostat, Malta għandha fost l-iktar persentaġġi baxxi ta' xogħol prekarju fl-UE. Iżda qabel ma nibdew niċċelebraw għandna naraw il-kjarifikazzjoni li tagħmel il-Eurostat dwar Malta u Ċipru, li ukoll għandha persentaġġ baxx: Il-kjarifikazzjoni tgħid li l-persentaġġi ta' dawn iż-żewġ pajjiżi ma tistax toqgħod fuqhom.

Għalhekk wieħed isaqsi: X'qed isir f'pajjiżna biex ikollna statistika ta' min joqgħod fuqha dwar ix-xogħol prekarju? U x'qed isir biex il-prekarjat jonqos f'kull settur, u mhux biss f'ċerti setturi? 

Tajjeb inżommu f'moħħna li skont studju tal-Fond Monetarju Internazzjonali li ġie ppublikat fl-2018, l-ekonomija sewda f'Malta tammonta għal bejn 15.3% u 23.6% tal-Prodott Gross Domestiku.

Links: