Wednesday, May 13, 2020

#Ħsibijiet (42) Enerġija: Malta tinżel 6 postijiet u żżid l-emissjonijiet CO2

Skont il-Energy Transition Index tal-World Economic Forum, Malta niżlet 6 postijiet bejn l-2019 u 2020, u issa tokkupa l-34 post minn 115 pajjiż u fost l-aħħar postijiet tal-ekonomiji avvanzati. 

Fi kliem il-World Economic Forum

"An effective energy transition is a timely transition towards a more inclusive, sustainable, affordable and secure energy system that provides solutions to global energy‑related challenges, while creating value for business and society, without compromising the balance of the energy triangle.  While a long‑term vision and objectives are necessary".

Skont il-World Economic Forum, il-kriżi tal-Coronavirus tista' tikkanċella l-progress madwar id-dinja fit-tranżizzjoni għall-enerġija nafida, minħabba tnaqqis fid-domanda, volatilita' fil-prezzijiet u pressjonijet soċjo-ekonomiċi. Il-World Economic Forum appellat biex ikun hemm azzjoni urġenti  b' kollaborazzjoni ta' l-istakeholders,  permezz ta' srateġiji li jħarsu fit-tul u li jwasslu għall-użu ta' enerġija f'ekonomija globali li tkun sostenibbli u ekwa.

Sa dan it-tant, skont stimi tal-Eurostat, Malta hija waħda mill-uniċi 4 pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li kellhom żieda fit-tniġġiz permezz ta' emissjonijiet CO2. Dan apparti n-nuqqas ta' governanza tajba u trasparenza fil-politika ta' l-enerġija ta' Malta. 

Riċerka soċjoloġika li kont involut fiha turi l-importanza ta' konsultazzjoni wiesgħa u involviment tas-soċjeta' ċivili, sħab soċjali u esperti fil-politika ta' l-enerġija sostenibbli. 

F'dan iż-żmien ta' Coronavirus, ikun tajjeb li l-Gvern jaddotta strateġija ta' deliberazzjoni u konsultazzjoni wiesgħa fil-politika tiegħu. Kemm l-Oppożizzjoni kif ukoll is-Sħab Soċjali ħarġu b'numru ta' proposti u offrew l-id tal-ħbiberija f'dan ir-rigward. 


Links: