Wednesday, May 27, 2020

#Ħsibijiet (49) Telework

Ħabib tiegħi illum qalli

"Jien drajt teleworking... Nista' naccessa n-network u d-data li għandi bżonn. Li mhux qiegħed isir huwa li nipprintjaw id-dokumenti u niffajljawhom. L-aħħar stage wara li nkunu għamilna u ssejvjajna x-xogħol kollu virtwalment. Dan ifisser li hemm bżonn li nidħlu xogħol għax il-filing fil-premises isir. Imma, kif qiegħeda tgħid il-UHM, ma jfissirx li hemm bżonn li kulħadd jidħol kuljum. Jista jsir redistribution ta' meta għandu wieħed jidħol u meta le."

Dan il-kliem jagħmel sens. Ammont sostanzjali ta' xogħol f'xi setturi jista' jsir id-dar, u dan iġib miegħu bosta vantaġġi, diment li l-ħaddiem ikollu għażla jekk jużax din il-faċilita’.  Is-CEO tal-UĦM – Voice of the Workers Josef Vella u s-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja elaboraw dwar dan f’intervista fil-Malta Today, li tista’ tinqara hawnhekk: https://www.maltatoday.com.mt/news/national/102547/teleworking_should_stay_major_unions_tell_employers#.Xs5pOTPis2x

 Fl-istess ħin għandna nżommu f’moħħna ukoll li għal uħud, it-telework jista’ jfisser iktar xogħol per eżempju jekk wieħed irid jibbilanċja dan kollu ma’ responsabilitajiet familjari f’kompetizzjoni ta’ ħin u attenzjoni. Jekk mhux regolat sew, it-telework jista’ jwassal ukoll għal kundizzjonijiet ta’ xogħol iktar prekarji.

Għalhekk, fil-politika dwar l-irkupru ekonomiku tal-pajjiż, tajjeb li policies tajbin jiġu sostnuti u li opportunitajiet u riskji jiġu evalwati u diskussi permezz ta’ evidenza, konsultazzjoni u deliberazzjoni.