Saturday, May 30, 2020

#Ħsibijiet (51) Ħal-Ferħ: Jinħtieġ proċess ta' studji dwar impatti soċjali


L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħabbret pjan għall-iżvilupp f'Ħal-Ferħ, li fost oħrajn jinkludi .lukanda u vilel. Għal dan il-għan ġie ppublikat dokument, u l-pubbliku jista' jibgħat is-sottomissjonijiet dwaru lil nwlp.halferh@pa.org.mt sa' l-1 ta' Lulju.

F'dan ir-rigward ktibt lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u tlabt li jkun hemm proċess ta' studji dwar impatti soċjali (SIA). Il-proposti tiegħi dwar SIAs jistgħu jinqraw f'link hawn taħt.

Ta' min ifakkar li sena ilu l-istess Awtorita' ħabbret pjan biex ikun hemm proċeduri għal dawn it-tip ta' studji, iżda s'issa dawn qatt ma tħabbru.

Huwa importanti ħafna li proposti ta' żvilupp jinkorporaw SIA sabiex ikun hemm evalwazjoni u konsultazzjoni kontinwa dwar l-impatti soċjali ibbażati fuq l-evidenza. B'hekk stakeholders bħar-residenti ikunu parteċipi fid-deċiżżjonijiet dwar il-lokalità tagħhom. 

Links: