Il-fatt li hemm pożizzjonijiet differenti u teħid ta' deċiżżjonijiet fi ħdan il-partit juru li l-proċess demokratiku qiegħed hemm u qiegħed jaħdem. Din tixhed trasparenza, għaliex id-deċiżżjonijiet li jieħu huma suġġetti għad-diskussjoni interna u esterna u huma kontinwament taħt skrutinju kemm mill-attivisti u t-tesserati fil-partit kif ukoll mill-pubbliku u mill-media. Hemm deliberazzjoni, b'parteċipazzjoni wiesgħa, f'livelli differenti, u mhux mistura mill-pubbliku.
Naħseb li meta wieħed jagħsar id-diskors, il-mottos, u l-evoluzzjoni tal-Partit Nazzjonalista, isib li l-essenza tiegħu għandha tkun dik li tfassal politika li tgħaqqad fil-kuntest tas-soċjeta' Maltija. F'dan ir-rigward, b'Nazzjon wieħed jista' jifhem soċjeta' inklussiva, demokratika u deliberattiva. Waħda li tisma' daqs kemm titkellem.
Umbrella; mużajk; proċess demokratiku: Politika li minflok ma tipprova tinponi narrattiva monolitika fuq is-soċjeta' Maltija, taddatta u tevolvi mar-ritmu soċjali ta' pajjiżna u tipproponi politika għall-ġid komuni u għad-dinjita' tal-persuna.
Għalhekk il-PN għandu jkun parti mis-soċjeta' Maltija daqs kemm għandu jkun aġent tal-bidla. Bħall-għeruq indukrat f'ekoloġija li tagħti l-frott.
Aqra iktar hawnhekk: