In-Nexia BT, magħrufa għall-involviment tagħha f'numru ta' skandli taħt il-Gvern ta' Joseph Muscat, m'għamlet l-ebda due diligence fuq il-Vitals meta l-Gvern ta' Muscat ta tliet sptarijiet pubbliċi lil din il-kumpanija. Fi kliem sempliċi, l-konsulenti tal-Gvern ma vverifikawx jekk il-Vitals għandhiex il-kapaċita' u l-meżżi biex tmexxi dawn l-isptarijiet.
Vitals, li ingħata l-isptarijiet f’Malta u Għawdex kellha kapital ta’ elf ewro biss. Il-Bank of India, li kellu x’jaqsam mal-kumpanija Vitals, ma ta l-ebda garanziji. Il-Gvern Malti kellu jagħmel garanzija fuq l-isptarijiet mal-Bank of Valletta ta’ 350 miljun ewro, għax ħadd ma kellu s-saħħa finanzjarja.
Dan ħareġ fil-kawża li qed jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex il-poplu Malti jieħu lura l-isptarijiet tiegħu, wara li l-Gvern b’daqqa ta’ pinna tahom lil Vitals u dak li ġie imwiegħed ma seħx.
Hawnhekk qed nitkellmu fuq assi pubbliċi fis-settur tas-saħħa, fuq wirt tal-Gvern immexxi minn Joseph Muscat. Qed nitkellmu fuq bejgħ, li minn fuq, qed inħallsu għalih mit-taxxi tagħna. Il-poplu s'issa diġa ħallas €260 miljun għal servizz li ma onorax l-obbligi tiegħu.
Il-Gvern immexxi minn Robert Abela kellu opportunita' li jħares l-interess nazzjonali u soċjali u jappoġġja l-mozzjoni parlamentari ta' l-Oppożizzjoni sabiex it-taxpayers ma jħallsux €100 miljun lil min qiegħed japproffita mill-poplu Malti korteżija ta' kuntratt li jobbliga lit-taxpayers ikopru d-djun ta' Steward.
Iżda l-Gvern ta' Robert Abela għażel li ma jappoġġjax il-mozzjoni ta' l-Oppożizzjoni.
Huwa veru li Konrad Mizzi tneħħa mill-grupp Parlamentari Laburista, iżda Joseph Muscat hemm għadu, u saħansitra ġie ingaġġat bħala konsulent ta' Robert Abela. Il-poplu Malti twikka bil-wirt ta' politika korrotta.
Il-Gvern għandu jħassar il-kuntratt ta' privatizazzjonijiet tat-tlett sptarijiet u li jippubblika l-informazzjoni kollha li ġiet moħbija mill-Gvern ta' Muscat, Mizzi u Schembri.
Quddiem skandlu bħal dan, jeħtieġ li l-ġid komuni jiġi qabel interessi settarji.
Malta is not for sale. Be the change you want to see.
Quddiem skandlu bħal dan, jeħtieġ li l-ġid komuni jiġi qabel interessi settarji.
Malta is not for sale. Be the change you want to see.
Kun il-bidla li tixtieq tara.
Tista' taqra iktar f'dan il-link: