Huwa tajjeb li dal-lejl sar djalogu mifthuħ fl-eżekuttiv tal-PN, għax hekk jitolbu id-demokrazija, il-proċedura u r-rispett. Ir-riżultat huwa wieħed sinjifikanti li ma jistax u m'għandux jiġi injorat, għax inkella l-inċertezza fil-Partit Nazzjonalista u fl-Oppożizzjoni ser ikomplu jaħkmu s-sitwazzjoni, u kulħadd joħroġ tellief.
Għalħekk nerġa ntenni l-appell li għamilt il-ġimgħa l-oħra li l-kwistjoni tat-tmexxjia tal-PN tmur għand il-Kunsill Ġenerali u possibilment għand it-tesserati, skont il-proċedura.
Nerġa ntenni li ħadd m'hu ikbar mill-partit u li jista' jkun hemm gvern alternattiv biss jekk ikun hemm unita' fid-diversita' interna u esterna.