Dan għax hekk titlob id-demokrazija u għax ħadd m’għandu jqis il-partit bħala propjeta’
tiegħu.
Bħalissa il-fazzjonijiet qed jagħmlu l-almu tagħhom biex jipperswadu lill-kunsilliera dwar
il-vot ta’ din il-ġimgħa.
Kollox sew, sakemm kulħadd jimxi man-normi tad-diċenza
u rispett. Sfortunatament fil-politika tas-sensazzjonaliżmu u tas-soundbites,
dawn iż-żewġ fatturi kemm il-darba jingħataw il-ġemb anke jekk iweġġgħu nies
tad-demm u l-laħam.
Bħala kunsillier nemmen li kulħadd għandu l-intelliġenza
tiegħu biex jasal għal għażla ħielsa waqt il-vot.
Personalment jien dejjem
ippruvajt inkun fair, tajt il-kontribut li stajt, irrispettajt lill-kollegi
tiegħi, qatt ma ppretendejt xejn u qatt ma kont fil-but ta’ ħadd jew membru ta’ xi tribu. U hekk ser
nibqa’.