Baġit f'nofs pandemija m'għandux jiġi interpretat b'diskorsi minn epoki tal-passat, qishom minn kapitli li qed jiddeskrivu kuntesti oħra. Il-bidliet soċjali tal-llum, kemm fuq livell komprensiv kif ukoll fil-perspettivi u l-aspirazzjonijiet tan-nies ma jistgħux jiġu injorati meta nitkellmu dwar politika ibbażata fuq l-evidenza.
Hekk kif qed nesperjenzaw il-Covid fatigue u inċertezzi globali, tajjeb li meta niddeliberaw naraw kif nistgħu nissalvagwardjaw u nsaħħu dak li qed jaħdem, li ma niggranfawx ma dak li mhux sostenibbli, li nkunu flessibli u li nagħmlu l-almu tagħna sabiex ħadd ma jibqa lura.
Fuq kollox importanti li nkunu reżiljenti u mgħamra għal kuntest globali iktar stabbli: Kuntest li la nafu meta ġej, u l-anqas jekk qatt hux ser jiġi.
Dan mhux żmien ta' pika partiġġjana iżda ta' kif ngħixu l-isfidi li għandna quddiemna, kemm jista' jkun b'sens ta' responsabilita' soċjali.