Meta nosserva dak li jintqal u jinkiteb fl-isfera pubblika, ninnota li kemm il-darba jkun hemm nuqqas ta' qbil lejn argument sempliċiment għax ikun għamlu xi ħadd li ma jagħmilx parti mit-tribu' tagħna. Hemm bosta tipi ta' tribujiet, minn dawk partiġġjani sa dawk fazzjonali, minn dawk ideoloġiċi sa dawk attivisti, u minn dawk familjari sa dawk soċjali.
Tispikka inkonistenza fl-argument meta X hija ttimbrata bħala ħażina jekk jgħidha jew jagħmilha A iżda hija aċċettabbli jew saħansitra tajba jekk jgħida jew jagħmila B.
Li jkollna affiljazzjonijiet familjarji, attivisti, fazzjonali, ideoloġiċi, politiċi jew oħrajn hi parti mir-realta' soċjali. U li jkollna nuqqas ta' qbil jew qbil wara li nevalwaw hi sinjal ta' moħħ li jagħrbel u jirrifletti.
Għalhekk tajjeb li qabel ma ninfexxu nobogħdu, ngħajru jew ninjoraw lil min ġej minn xi tribu oħra, nippruvaw nifmhu x'inhu jgħid.