100 sena ilu, is-soċjoloġu Ġermaniż Max Weber ippreżenta il-kunċett ta' "Verstehen". Kien qed jirreferi għall-analiżi li tifhem l-motivazzjonijiet tan-nies fis-soċjetà. Dan jibqa' kunċett ta' importanza kbira: minflok ma tassumi li għandek il-monopolju tal-verità u li ħaddieħor huwa injorant, tkun saqajk ma' l-art. Is-soċjetà hija dinamika, magħmula minn nies riflessivi.