Meta klikka elitista ippruvat tirrovina kap elett demokratikament li ma nzertax magħżul minnhom, u meta għamlu l-istess ma' min iddefenda d-demokrazija, il-PN tilef mhux biss ir-rispett ta' bosta attivisti tiegħu stess, iżda ukoll ta messaġġ lil poplu li għalih hemm min hu 'magħżul' u min le. Minflok ma ppruvat tifhem lis-soċjetà Maltija u għalfejn il-PL baqa' jkabbar il-maġġoranzi , baqgħet tirrepeti narrativa sfiduċjata mill-poplu u tassumi li ħaddieħor bilfors injorant jew midneb. Min ippruva jtejjeb l-affarijiet bil-kelma t-tajba ingħata l-ġenb, u kultant anke stallett.