In today's Malta Independent I discuss challenges and opportunities faced by PL and PN in Malta's current political situation:
https://www.independent.com.mt/articles/2023-03-23/blogs-opinions/PL-PN-crossroads-6736250585
Photo: The Malta Independent |
In today's Malta Independent I discuss challenges and opportunities faced by PL and PN in Malta's current political situation:
https://www.independent.com.mt/articles/2023-03-23/blogs-opinions/PL-PN-crossroads-6736250585
Photo: The Malta Independent |
Il-politika tar-rispett m'għandha l-ebda kulur u kulħadd jista jħaddanha.
Iżda sfortunatement kultant narmu r-rispett barra mit-tieqa biex nirbħu punti politiċi jew likes fuq il-media soċjali.
Ir-rispett m'ghandux ikun ibbażat fuq jekk il-persuna konċernata għandhiex l-istess affiljazzjoni jew veduti tiegħek. Dak huwa rispett a' la carte u opportunist.
Nistgħu inħaddnu l-politika tar-rispett billi ma nipparteċipawx fl-imġieba grotteska li tipprova tkisser in-nies.
Il-survey politiku tal-Malta Today li ġie ppublikat dalgħodu juri li l-proġett Laburista, li ilu rebbieħ mill-2009, qala daqqa' kemmxejn sinjifikanti fil-popolarita', minkejja li għadu minn fuq. Tajjeb naraw jekk il-PL huwiex kapaċi joħloq opportunita' f'din il-kriżi, bħal m'għamel kemm il-darba fis-snin riċenti waqt kontroversji oħra.
Tajjeb naraw ukoll jekk il-Partit Nazzjonalista, frisk minn protesta nazzjonali nhar il-Ħadd li għadda, huwex ser ikun kapaċi joħloq mewġa politika, wara snin ta' kriżi interna u t-tneħħija inġusta u żlejali ta' Adrian Delia minn Kap fl-2020, f'nofs leġislatura.
Ħames snin wara li fetaħ il-kawża ta' l-isptarijiet, u issa li ġie vindikat mill-Qorti, nistgħu nikkonfermaw kemm kellu raġun Adrian Delia, minkejja li kemm hu, kif ukoll dawk li appoġġjawh kienu sfaw vittmi ta' attakki politiċi xejn sbieħ minn direzzjonijiet differenti. Forsi llum hemm ħjiel ta' indiema.
Id-demokrazija ta' pajjiżna hi waħda dinamika, u dan jgħodd ukoll għal politika tal-movimenti soċjali u s-soċjeta' ċivili. Iżda, il-loġika tan-numri turina b'mod ċar li, ngħidu x'ngħidu, l-uniku forza li tista' tneħħi l-Partit Laburista mill-Gvern huwa l-Partit Nazzjonalista, u li l-iktar rebħa sinjifikanti fis-soċjeta' Maltija hi dik ta' l-elezzjoni nazzjonali.
L-istorja politika ta' pajjiżna turina li bosta kampanji u elezzjonijiet intrebħu meta kien hemm koalizzjonijiet wiesgħin, mhux l-inqas b'involviment partiġġjan.
Biex dawn jinħolquu, tinħtieġ ħidma flimkien kemm internament, kif ukoll ma' forzi politiċi u soċjali oħra, li, sa dan it-tant, iridu jkunu lesti li jpoġġu fil-ġenb preġudizzji, antipatiji u affiljazzjonijiet sabiex tinħoloq forza rebbieħa ġdida.
Huma l-koalizzjonijiet wiesgħa li joħolqu Gvern, u mhux interessi jew affiljazzjonijiet dojoq.