Survey Malta Today: Xi interpretazzjonijiet
Uħud mill-interpretazzjonijiet li jistgħu jingħataw lis-survey jinkludu dawn, u ma jeskludux neċessarjament lil xulxin:
- Il-Labour jaf jaddatta għall-isfidi
- Il-Labour qed jistenna kriżi interna, u l-kbir għadu ġej
- Il-PN ser jasal
- Il-PN ma tgħallem xejn minn retorika li titfa n-nies il-ħabs
- Hemm lok għat-tielet partit (iżda din toħloq mistoqsijiet oħra, per eżempju, x'għamla?)
- Qed tikber l-indifferenza politika
- Kull leġislatura politika ikollha l-kontroversji tagħha, imbagħad jiddeċiedi l-poplu.
- It-trends politiċi huma pjuttost ċari
- Hemm differenza bejn il-'headlines' fil-media, u l-aspirazzjonijiet tal-maġġoranzi siekta.
- L-elezzjonijiet Ewropej u Lokali fl-2024 ituna stampa iktar ċara
- Jista' jkun hemm fatturi oħra esterni u interni li jaffettwaw lill-Gvern u l-Oppożizzjoni