Friday, June 16, 2023

#Ħsibijiet 97 - Il-kontroversja Manche'

Naqbel li l-Gvern għandu jagħmel riformi legali sabiex is-satira ma tiġix kriminaliżżata. Is-satira hija sinjal ta' demokrazija vibranti. Madankollu mhux faċli li tiġi artikolata riforma konsistenti f'dan il-qasam. Pajjiżna għandu jara li l-ebda identita', ideoloġija jew diskors għandu jiġi privileġġjat fuq oħrajn. Għandna nevitaw id-double standards.